jesusandmary

 

 

 IL-MADONNA TA' MONTEVERDE 

 

Il-kult lejn il-Madonna ta’ Loretu fl-Italja ghandu l-bidu tieghu sa minn tmiem is-snin 1400. Grumo Appula fil-Puglia kien wiehed mill-ewwel lokalitajiet li haddan din id-devozzjoni lawretana. Infatti f’zona msejha Monteverde, ghaliex din iz-zona tinsab fuq art gholja qrib bosk hadrani, ftit mili ‘l boghod mill-belt antika, kien hemm kappella zghira li kellha affresk antik ta’ Santa Marija de Laure, tal-pittur grieg Giubamesca Meyalizio.

Kienet kappella zghira abbandunata u kwazi ser taqa’, izda ghaziza ghan-nies ta’ Grumo Appula, li meta kienu jmorru jahdmu gewwa l-ghelieqi taghhom kienu jsellmu lix-xbiha mqaddsa b’xi talba u jbaxxu rashom b’sinjal ta’ riverenza.

Certu Marino Chiappino, imwieled f’Bari, imma li kien joqghod f’Molfetta minhabba n-negozju tieghu, ried jaffronta vjagg fatikuz, minkejja l-kundizzjonijiet hziena ta’ sahhtu, biex imur Cassano billi sema’ li l-Madonna ta’ l-Angli qed ixxerred bosta grazzji fuq dawk li jzuruha.

Biex jakkwista l-fejqan mill-mard li kellu, huwa kien lest li jaghmel minn kollox sahansitra li jittallab fil-pajjzi tal-qrib u joffri l-flus li jaghtuh lill-patrijiet tal-kunvent ta’ Cassano. Kien torment kbir li jasal hemm u certament ma kellux il-forza li jerga’ lura. Imma wara l-vjagg ta’ tbatija fl-ahhar wasal Cassano u l-patrijiet mhux biss laqghuh, izda zammew maghhom ghal xi jiem.

Fiz-zmien li dam hemm kien jaghmel id-devozzjonijiet tieghu lejn il-Vergni Mbierka u f’daqqa wahda hass li fih kien sehh miraklu; mill gdid rega’ ha sahhtu. Mimli ferh u emozzjoni huwa beda jdur madwar ir-rahal ta’ Cassano jitlob il-karita’. Wasal ukoll fi Grumo u hafna wara li semghuh b’attenzjoni kbira offrelu xi flus. Huwa gibed lejn Toritto imma biddel fehmtu li jkompli; huwa ghadda minn quddiem ix-xbiha lawretana ta’ Grumo u hassu jingibed profondament lejha hekk li ma setghax jinsa’ dik ix-xbiha. Nizel gharkubtejh u beda’ jitlob. Aktar tard rega’ lura lejn Cassano u offra l-flus li gabar kif wieghed.

Imma Marino Chiappini xtaq jirritorna lejn dik ix-xbiha tant sabiha ta’ Grumo. Imma rritorna lejn Molfetta fejn kien jghix. Lejla wahda l-Madonna, dik l-istess xbiha ta’ Grumo dehritlu f’holma u talbitu li timbena’ knisja sabiha u akkoljenti. Mimli ferh ghal dan l-inkariku, huwa mar Grumo u kkonvinca lill-kleru u lil dawk kollha li kienu joqghodu fil-lokal, inkluz il-propjetarju, li ghandha timbena’ knisja f’dik iz-zona kif fil-fatt gara.

Huwa ha sehem personalment ma’ haddiema ohra fix-xoghlijiet li bdew fid-19 ta’ April, 1652. F’dak il-jum saret purcissjoni mill-kleru u l-fidili devoti marjani lejn il-kappella . Sehhew hafna mirakli ta’ fejqan f’dawk il-jiem. Dan il-kult marjan kompla jikber u fis-sena 1663 il-knisja kienet lesta.

Hemm kitba fuq barra li tghid: “Idhlu fil-binja mqaddsa ta’ Marija ta’ Monteverde; hi tisma’ it-talb ta’ dawk li jitolbuha.”

Fl-ewwel Hadd ta’ Mejju issir il-festa interna ta’ Marija Ssma ta’ Monteverde filwaqt li fl-ahhar Hadd ta’ l-istess xahar tkun celebrata dik esterna.

 

 

L-ISTATWA LI TOHROG FIL-PURCISSJONI FL-AHHAR HADD TA’ MEJJU

 

 

 

Make a free website with Yola