L-MIRAKLU TA’ HIROSHIMA
Helsuha minn spluzzjoni atomika li harqet u qerdet dak kollu li kien hemm madwarhom, inkluz il-bini. Kif jispjegaw dan il-miraklu? Sbieh il-jum tas-6 ta’ Awissu tas-sena 1945, bomber amerikan kien qed idur fis-smewwiet kahlana tal-belt gappuniza Hiroshima. Hadd mill-abatitani ma ghaddhielu minn mohhu li dak l-ajruplan kien ser jixhet fuqhom bomba li kienet ser iggib herba u qerda immaginabbli fuq il-belt. Hekk kif il-bomba atomika kienet vicin l-art, il-belt inqerdet instantanjament. Il-bini kkrolla, nies ghebu minn wicc l-art, u ballun immens ta’ nar spara ‘l fuq u mewga qerrieda ta’ gas jahraq bla qies griet u tferxet b’heffa liema bhala ghal mili shah ma’ l-art. Fost l-abitanti ta’ Hiroshima kien hemm Fr Shiffer, Gizwita missjunarju li kien jassisti l-hafna Kattolici ta’ dik il-belt, fil-bzonnijiet spiritwali taghhom. F’dik il-ghodwa tas-6 ta’ Awissu, 1945, kien ghadu kemm spicca l-quddiesa u pogga bilqieghda biex jiehu l-kolazzjoni.Hekk kif ghaddas il-kuccarina fil-grapefruit biex jiekol il-frotta ra lehha ta’ dawl qaww. Ghalewwel hu haseb li kien xi tanker taz-zejt li sploda fil-port, billi Hiroshima kien port ewlieni fejn il-Gappunizi jaghtu z-zejt lis-sottomarini taghhom. F’daqqa wahda sehhet spluzjoni tal-biza’. Jirrakonta: “ Forza nvizibbli refghetni mis-siggu u wadbitni fl-arja ghezzitni, habbtitni u dawritni ‘l hemm u ‘l hawn bhalma werqa titajjar f’buffura rih tal-harifa.” Dak li jiftakar huwa li fetah ghajnejh u sab ruhu jiggieled ghan-nifs. Ta harsa madwaru u ma ra xejn; bahh kullimkien. L-istazzjon tal-ferrovija u l-bini f’kull direzzjoni ghosfru. Madankollu kull ma garrab, kien ftit griehi ta’ qtuh f’ghonqu kawza ta’ xi bicciet ta’ hgieg li taru ma’ l-ispluzzjoni. Sa fejn seta’ jghid hu kien hieles minn kull deni fiziku iehor. Il-komunita’ zghira tal-Gizwiti, li taghha Fr Shiffer kien jifforma parti, kienet tghix hdejn il-parrocca, li kienet tmin blokki boghod mic-centru ta’ l-ispluzzjoni. Meta Hiroshima giet meqruda bil-bomba atomika, it-tmin membri tal-komunita’ gizwita kollha helsuha hafif, filwaqt li kull persuna f’perimetru ta’ kilometru u nofs mic-centru ta’ l-ispluzzjoni mietu instantanjament. Id-dar tal-gizwiti baqghet wieqfa, filwaqt li l-bini f’kull direzzjoni safa’ mwitti. Meta sehh dan Fr Hubert Shiffer kellu 30 sena. Mhux biss salva mill-mewt izda ghex ghal 33 sena ohra. Kif nispjegaw il-fatt li dan il-grupp ta’ irgiel salva minn qerda atomika meta kulhadd u kollox inqered ? B’mezzi xjentifici huwa assolutament impossibbli li tispjegaha. Dettal interessanti huwa l-fatt li dan il-grupp ta’ kleru kien devotissmu tal-Messagg ta’ Fatima u dan il-messagg kienu jghixuh. Kienet is-Sinjura tas-Sema li helsithom bhala hlas ghall-fedelta’ taghhom lejha? IL-GIZWITI JISTQARRU LI, IVA KIENET IS-SINJURA TA’ FATIMA LI HELSITHOM Aktar ta’ l-ghageb huwa l-fatt li l-istorja ta’ Hiroshima kienet ripetuta gewwa Nagasaki ftit tal-jiem wara. Nagasaki kienet it-tieni belt milquta minn bomba atomika. Fiz-zewgt ibliet dawk li salvaw kienu kollha kattolici religjuzi. Id-djar gew kollha livellati ma’ l-art, imma d-dar tar-religjuzi ta’ Nagasaki baqghet wieqfa, sahansitra kien hemm xi twieqi li baqghu ntatti. Wara r-rebha amerikana fuq il-Japan, it-tobba ta’ l-armata amerikana spjegaw lil Fr. Shiffer li gismu ma jdumx ma jiddeterorja minhabba r-radjazzjoni. Baqghu tassew imnixxfa u mistghagba meta t-tobba ezaminawh u sabu li ma kellux radjazzjoni mill-bomba. Dawk kollha li kienu fl-epicentru kellhom jixorbu tant radjazzjoni li suppost li mietu fi ftit minuti. Dawn l-ezamijiet fuq dan il-grupp ta’ religjuzi gizwiti minn Hiroshima saru ghal aktar minn 200 darba tul it-tletin sena li gew wara u ma sabu ebda effetti negattivi fuqhom. Ir-religjuzi Gizwiti jghidu:” Ahna nemmnu li salvajna ghaliex ghexna l-messagg ta’ Fatima. Ghexna u tlabna r-Ruzarju f’dik id-dar.” Ix-xjentisti sekulari ghadhom ma jistghu jemmnu dak li raw. Huma certi li hemm spjegazzjoni reali ghal dak li gara. Madanakollu wara aktar minn sittin sena ghad ma ghandhox risposta. Mill-lenti tax-xjenza dak li gara lil dawn il-gizwiti gewwa Hiroshima jmur kontra l-ligi fizika. Bilfors allura li xi forza ohra ‘l fuq minn natura kienet prezenti. Jispjega Dr Stephen Rinehart mid-dipartiment tad-Difiza Amerikana, meqjus bhala espert internazzjonali fil-ghalqa ta’ spluzzjonijiet atomici: Bizzejjed nghidu li bi pressjoni ta’ 40 libbra kull pulzier kwadru ebda bniedem ma jista’ jibqa’ haj billi gismu jiddesintegra. Hwejgu jaqbdu f’temperatura ta’ 350 gradi Fahrenheit u l-pulmuni ma jkunux jistghu jiehdu nifs wiehed f’dik it-temperatura gholja. F’distanza ta’ bejn 10 jew 15 il-kilometru ghalkemm jista’ jinghata l-kaz li xi bnedmin jsalvaw il-katastrofi, fi zmien 15 il-sena kollha jmutu minn xi forma ta’ kankru. Ghal Alla, li halaq il-materja u l-energija, hija semplicement materja ta’ miraklu fejn issospenda l-ligijiet li jmexxuhom. Dak li sehh gewwa Hiroshima u Nagasaki. Dan sehh ukoll fi zminijiet antiki meta Alla heles lit-tlett qaddejja leali tieghu, Sidrak, Misak u Abdenago .(DANJIEL KAP 3 VERSI 19 -24)
|