jesusandmary

 

 IL-MADONNA TAL-KARMELU (IT-TIENI PARTI)

Il-karattru Marjan u dak Spiritwali Forsi jridu jghaddu sekli qabel mal-prova storika u dokumentata turi l-ezistenza ta’ l-eremiti fuq l-Gholja tal-Karmelu kellhom konnessjoni spiritwali mal-profeta Elija. L-ewwel test konkret jmur lura lejn is-sena 1777 bil-kitba tal-patri grieg Giovanni Phocas.

Il-hajja monastika spiritwali kienet fil-prattika u osservata fuq l-Gholja tal-Karmelu bil-hidma tal-pijunier San Bertold ta’ l-Ghola tal-Karmelu li seta’ wasal fl-Art Imqaddsa minn Limoges fi Franza bhala pellegrin biex jaghmel zjara lil ghar ta’ Elija jew bhala membru tal-krucjata li kienet qed titqabad kontra l-Mislem biex jinfdew l-postijiet sagri fejn ghex Sidna Gesu’. Huwa gabar eremiti ohra mill-punent biex jibda’ kommunita’ bl-ispirtu ta’ San Elija.

L-ewwel patrijiet waqqfu knisja zghira fuq l-gholja u kkonsagrawha lil Sidtna Marija. Fis-sena 1150. Minn zmien is-successur ta’ San Bertold, li kien San Brokard, il-patrijiet baqghu jissemmew l-Ahwa ta’ Sidtna Marija tal-Karmelu. Ghaldaqstant id-devozzjoni lejn Marija kienet tifforma parti distintiva mill-karattru u l-ispiritwalita’ taghhom. San Brokard ried li dan l-ispirtu monastiku jsir Regola qaddisa. Madwar is-sena 1210 dan gie moghti lil Ordni minn San Albertu. Il-patriarka Latin ta’ Gerusalemm u finalment approvata mill-Papa Innocent IV fis-sena 1247. San Xmun Stock u l-Iskapular.

Meta nsemmu l-istorja tas-Sinjura ta’ l-Gholja tal-Karmelu ma jistax jonqos li mohhna ma jmurx fuq San Xmun Stock u l-hidma tieghu fil-Labtu tal-Karmnu. Xmun Stock twieed madwar is-sena 1165 gewwa Kent fl-Ingilterra. Isibuh wkoll bhala Xmin Anglus. Fit-13 il-seklu fi zmien il-Krucjati huwa nghaqad ma’ grupp ta’ eremiti li kienu jqisu lilhom infushom dixxendenti ta’ San Elija, fuq il-muntanja tal -Karmelu waqt li hu kien fuq pellegrinagg gewwa l-Art Imqaddsa. Minhabba t-theddiha tas-Saraceni huwa kellu flimkien mal-komunita’ jmur gewwa Aylesford fl-Ingilterra. Ta’ 82 sena huwa gie elett is-sitt superjur generali. Hadem hafna biex iwettaq xi riformi li kienu addattati ghas-sitwazzjonijiet tal-Punet u b’hekk l-ordni giet maghrufa bhala mendikanti , l-istess bhalma ma kienu l-Frangiskani u d-Dumnikani. Madanakollu mhux kulhadd laqaghhom u spiss kienu ikollhom isofru persekuzzjoni. Minhabba f’hekk talbu lil Vergni Marija biex tindahal ghalihom hi. Dan gara fis-sena 1251. It-Tradizzjoni tghid li kif Xmun Stock kien qed jitlob gharkubtejh il-Hadd 16 ta’ Lulju 1251, Marija Ssma dehritlu izzomm lit-Tfajjel Gesu’ fuq driegh wiehed u fl-id l-ohra kellha l-iskapular kannella.

Hija qaltlu dawn il-kelmiet: “Dan ghandu jkun privilegg ghalik u ghall-karmelitani kollha, li xi hadd li jkun qed imut u jkun liebes dan l-iskapular, huwa ma jintilifx, izda jsalva.” Fis-sena 1252, Jannar 13, huwa rcieva ittra minghand il-Papa Innocent IV li kienet tiddefendihom minn kull tfixkil u persekuzzjoni. San Xnum Stock ghex hajja qaddisa u ezemplari gewwa monasteru f’Bordeaux fi Franza u miet fis-16 ta’ Lulju 1265. L-Iskapular Kannella. Huwa dak li ahna nafuh bhala l-Labtu tal-Karmnu. Hija devozzjoni popolari hafna fost l-insara. Marbut mal-Labtu li wiehed ghandu jilbes kull hin u jgibu fuqu bid-devozzjoni hemm dak li ahna nsejhulu l-Privilegg Sabbatin. Skond il-Papa Giovanni XXII, il-Vergni Imbierka dehritlu u qaltlu dan il-messagg ghal dawk li jgibu fuqhom bid-devozzjoni l-Labtu tal-Karmnu : “Jiena Omm il-grazzja, is-Sibt ta’ wara mewthom nehles mill-Purgatorju lil dawk li jkunu gabu l-labtu tieghi bid-devozzjoni tul hajjithom biex jidhlu fil-ferh ta’ dejjem.”

Bazata fuq it-tradizzjoni tal-knisja, jehtieg li wiehed ihares tlett kundizzjonijiet biex jiehu sehem mill-beneficcji ta’ dan il-Privilegg u Skapular:

1. Jilbes l-Labtu.

2. Josserva l-kastita’ skond l-istat tal-hajja.

3. Jitlob ir-Ruzarju.

Biex wiehed jircieva l-barka spiritwali assocjata mal-Labtu tal-Karmnu irid ikun miktub fil-Labtu minn sacerdot jew bniedem iehor li ghandu l-fakolta’ li jaghmel hekk. Jum il-Festa Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu giet imwaqqfa mill-Karmelitani bejn is-snin 1376 u 1386 biex ticcelebra r-rebha taghhom fuq l-ghedewwa ta’ l-ordni.

Il-festa giet assenjata fid-data tas- 16 ta’ Lulju ghaliex skond it-tradizzjoni karmelitana San Xmun Stock ircieva l-iskapular f’dan il-jum. Din is-solennita’ giet approvata ghal ewwel darba minn Sistu V fis-sena 1587. Bhal li kieku b’sinjal ta’ approvazzjoni l-Vergni Imbierka ghazlet il-jum tal-festa tal-Karmelu biex taghmel l-ahhar dehra taghha gewwa Lourdes fis-16 ta’ Lulju 1585.

Hekk ukoll wiehed ma jistax jwarrab fil-gemb dak li qalet Swor Loucia fl-ahhar dehra tal-Madonna gewwa Fatima fit-13 ta’ Ottubru 1917 : “ Deherli li rajt lis-Sinjur taghna fil- forma li tixbah lis-Sinjura tal-Karmelu.” Matul is-sekli Marija taht it-titlu tal-Karmelu pprotegiet lil uliedha u intercediet quddiem Binha ghalihom. Jalla Marija Ssma tal-Karmelu tharisna minn kull ghawc tad-dinja tal-lum u ssahhahna biex nibqghu fidili lejn Binha u l-Knisja Mqaddsa.

 

Make a free website with Yola