jesusandmary

 

3) MARIJA HIJA L-ARKA LI FIHA IGGOR LIL GESU’.
 
Wara li l-Iben t’Alla nkarna fil-guf taghha, Marija riedet tkun ta’ servizz u ghajnuna ghall-kugina taghha. L-umilta’ ta’ Marija, issa Omm Alla hija xi haga ta’ l-ghageb. Izur lil qaribitha biex taghmel ix-xoghol l-aktar umli. Josserva San Bernard li Elizabetta mmeraviljat ruhha li Marija giet izzurha spontanjament imma aktar kibret il-meravilja taghha meta rat li Marija ma gietx biex tkun moqdija izda biex taqdi. Tul hajjitha Marija pprattikat il-generozita’ u spirtu ta’ servizz b’mod inkomprensibbli.
Marija kellha fil-guf taghha lil Gesu, il-Grazzja fiha nfissha, u hekk kif waslet ghand qaribitha Elizabetta bdiet ixxered il-grazzji. Mill-ewwel bdiet tiddispensa l-grazzji. Hekk kif il-fomm safi ta’ l-Immakulata Vergni Marija sellem lil Elizabetta, din stqarret li t-tarbija taghha, Gwanni l-Battista, qabez  bil-ferh fi hdanha. It-Trinita’ Mqaddsa riedet tinqeda b’Marija biex twettaq hwejjeg kbar permezz ta’l-umli Marija.
Matul id-disa xhur li fihom Gesu’ ghamel maghluq fil-guf safi ta’ Ommu Marija, Marija, qaghdet tikkontempla l-kobor t’Alla, tadurah u irhiet ruhha f’idejh biex jaghmel minnha dak li jrid.

 

Make a free website with Yola