jesusandmary

 

MARIJA L-IMGHALLMA TA’ GESU’ BNIEDEM ALLA

 Marija dahlet fil-fond f’dan il-misteru, f’din il-grajja eccezjonali, infatti Alla fdalha l-missjoni li tkun Omm u Mghallma tat-tarbija Gesu’. Htiegilha treddghu, tiehu hsiebu, tiggwidah : hija responsabilta’ unika.  Fis-sema l-angli kollha kellhom ghira qaddisa ghaliex anke huma xtaqu jzommu, imqar ghall-mument wiehed biss lil Alla taghhom, imma kkunslaw malajr meta raw lil l-Omm kienet ir-Regina taghhom: MARIJA. Fehmu li qatt ma setghu jaduraw lil Alla maghmul bniedem bil-manjiera ta’# Marija, ghaliex Fiha Alla qieghed kollox, il-Grazzji tieghu kollha.

L-imhabba ta’ Alla lejn Marija hija kbira u l-fiducja tieghu immense ghaliex ried jibghat lil Iben tieghu fid-dinja bhala bniedem u Fiha wera fiducja liema bhala biex tikkurah u tghallmu. Ghal da nil-ghan Marija kien jehtigilha li tkun moghnija b’virtujiet mhux komuni biex tilqa’ lilAlla fil-guf safi u verginali taghha u biex taghti lil dan Alla l-qima kollha li Lilu hija misthoqqa. Marija bhad-Dawl li jghammex, Arka ta’ l-Ghaqda l-gdida u tal-Ligi evangelika, Sigra tal-vera Hajja tiggerera l-Messija, l-Imwieghed u l-Mistenni ghal sekli shah, Dak li Adam sema’ lil Alla jwieghed, u li Noe, il-Patriarki, Abram, Mose u David flimkien mas-Slaten ta’ Izrael kienu qed jistennew b’herqa kbira. Marija hija Tezor straordinarju t’Alla u Akwadott ta’ l-Ilma tal-Hajja.

Il-Verb etern dahal fid-dinja permezz ta’ Marija. Forsi dan ma jghidilniex li jehtigilna jmorru ghandu permezz ta’ Marija?  Taht l-aspett uman Gesu’  kellu l-immagini ta’ Marija u Marija accettat taht l-aspett spiritwali li tkun b’xi mod l-immagini ta’ Gesu’.

Jekk waqt it-tqala taghha Marija ghaddiet kull waqt taghha f’att ta’ imhabba lejn Alla li kellha fi hdanha, wara t-twelid tieghu hija qatt ma ghejjiet tadurah u anqas ma tbieghdet minn Alla li kienet tara, thoss, tbus u thaddan ma sidirha li minnu reddaghtu. Marija ghamlet dak kollu li kien jehtieg minn omm kwalunkwe lejn binha tarbija.  Imma Marija ma kienitx mara komuni…kienet Omm Alla. U dak li twieled minnha ma kienx Lhudi komuni imam Alla tal-Lhud.

Min jista’ qatt jifhem kemm bews ta’ imhabba faqqet Mzrija fuq dak il-Wicc Divin, kemm herqa biex binha jiekol, kemm hrieqi hititlu u kemm delikatezza biex tikkurah. X’ferh nissel Gesu’ f’Marija meta ta’ eta ckejkna nissel l-isem helu ta’ omm . Imma kemm dulur kien jitnissel f’qalbha meta minn mohha kienu jghaddu dawk il-hsibijiet fuq il-profeziji ta’ Isaija li gismu kellu jghaddi taht il-flagelli u jsir bhal wiehed imgiddem u dawk l-idejn u saqajn kellu jittaqqbu bl-imsiemer.

Kemm iljieli aduratu waqt li kienet tqum biex tghattih, biex tissemma’ in-nifs tieghu. Riedet ittir bil-ferh meta binha ta l-ewwel passi.

Kemm semghet taghlim minn fomm binha, l-Gherf inkarnat.  Fid-dar ta’ Nazaret hija gharfet dawk il-misteri li ebda mohh uman ma gharaf u immagina.

 

Make a free website with Yola