MARIJA L-ISBAH REGINA
Fr. John Sheedy ra lil Mrs. McCarthy taqsam il-bitha ta’ l-iskola u ried jiehu l-oakazzjoni biex jifirhilha ghal ghazla tan-neputija taghha bhala r-Regina ta’ Mejju.
Mrs.McCarthy wegbitu lura: “ Naf li dak li qed tghidli gej minn qalbek, imma ghalija din il-kompetizzjoni ma hi xejn hlief serqa ta’ unur lil vera Regina ta’ Mejju, Omm Gesu’. Kemm nixtieq li nikbi meta nara lil dawn iz-zaghzagh li jridu kull regina, hlief lil Marija, ir-Regina vera tas-Sema u ta’ l-Art.”
Fr John baqa’ issummat u miblugh. Ghamel li seta’ biex jipprova jfiehem lil Mrs. McCarthy li kienet thobb lil Marija b’qalbha kollha u b’sahhitha kollha, li n-neputija taghha ma serqet ebda gieh lil Marija Ssma. Imma xejn ma seta’ isabbar u jippreswadi lil Mrs McCarthy.
“Ili disa u sebghin sena jkolli r-Regina ta’ Mejju u ma ghandix bzonn li xi hadd jigi jghidli minn hi l-isbah regina. Ma hiex in-neputija tieghi, izda l-Omm taghna Vergni Marija, Omm Gesu’. Mhux biex inkun pastaza, izda Marija hija r-regina tieghi u taghna lkoll.”
Imbaghad ghaddiet biex tirrakonta lil Fr. Sheedy l-istorja tal-Kompetizzjoni tas-Sbuhija li kienet inzammet gewwa r-rahal taghha zmien, zmien ilu. Kien huha Larry li qalilha bl-istorja.
Inghazlu t-tfajliet li kellhom jiehdu sehem fil-komptezzjoni tas-Sbuhija ghar-Regina f’festival li sar f’Mejju. Ghall-gurija din kienet haga iebsa hafna. Fl-ahhar waslu fuq zaghzugha li pprezentat ruhha ghall-kompetizzjoni. Kien jisimha Michele O’Toole.
Kemm dahqu biha u qalulha biex imur tintrema’. Izda dan ma skoraggiha xejn. Qalet lill-gurija: Nurikom jien min hi l-isbah regina.
Mill-pakkett li kellha f’idejha hija harget xbiha ta’ Marija, Omm Alla. Ma stahxtjiddikjara li l-vera Regina hi Marija Ssma, ghaliex hija sabiha hafna, hafna. Alla nnifsu ghazilha biex tkun l-omm tieghu, bl-anglu Gabirjiel jghidilha u jsellmilha: Sliem ghalik bil-grazzja mimlija.
Marija hija Omm ta’ qalb tajba, habbrilha li Alla kien maghha u li hija mbierka fost in-nisa. Marija kienet imnissla minn ebda dnub, anqas dell tieghu ma kellha. Insejhulha Immakulata. Jekk Alla habbha daqshekk li riedha tkun l-Omm tieghu, ahna, uliedha ghand naghmlu l-istess haga. U ghalhekk hija r-Regina tal-qlub taghna ghax ahna wliedha.
Michele O’Toole kompliet tghid lill-gurija li Marija Ssma kienet mara qalbiena u kuraggjuza. Ma bezghitx li taffaccja l-periklu u t-tbatija matul hajjitha; meta vvjaggat lejn Betlem, meta kienet ser issir omm, meta poggiet lil Binha Gesu’ f’maxtura ghax hadd ma ried ithom post ta’ kenn fil-mument li kien ser jitwieled Gesu’, meta harbet lejn l-Egittu u fl-ahhar fuq is-salib.
Marija ghandha c-cavetta tal-grazzji li johorgu minghand Alla. Il-grazzji jixxerrdu fuqna minn idejn din ir-Regina grazzjuza.” Hadd ma resaq lejn din ir-regina u baqa’ minghar ma’ din is-sultana semghitu”, qalilna San Bernard.
Jinghad li wiehed habsi kien ikkundannat ghall-mewt u ma riedx jisma’ mis-sacerdot biex jikkonverti. La ghax jghidlu li Alla ghandu hniena infinita, jahfer kull dnub, la ghax jghidlu li hemm eternita’ ta’ infern lest ghalih. Meta wasal biex qata’ qalbu s-sacerdot talbu biex jghid mieghu Sliema u Qaddisa. U l-habsi biex jehles minnu talab mieghu, Imma meta wasal ghall-kliema Itlob ghalina midimbin,issa u fis-siegha tal-mewt taghna ftakar fi tfulitu u r-relazzjoni tieghu ma’ din Omm Kristu. Talab mahfra u miet.
Kienet Marija, ir-Regina tal-midimbin li qanqlitu biex idur lejn Alla. San Alfons jghidilna li ulied vera ta’ Marija ma jintilfux.
Fl’ahhar Michele O’Toole spiccat hekk: Jekk ir-Regina hi minghajr qawwa li tghin, x’tiswielha s-sbuhija?”
Aqbad ma’ Marija, u hallieha tkun il-gwida tieghek. Hobbha. Aghmel kollox permezz taghha ghal Gesu’ Binha. Tinsa’ qatt tfahharha kuljum bir-Ruzarju. Ghidilha tghinek fil-qadi tax-xoghol tad-dar ghaliex hija wkoll kienet mara tad-dar tiehu hsieb il-familja, ghidilha tghinnek fl-istudju tieghek ghaliex hija wkoll kienet tistudja l-kelma t’Alla fit-Tempju.
Hija taf tajjeb x’inhuma n-nases tax-xitan – li jisraq is-safa tal-qlub. Itlobha lil din ir-Regina tal-Virtujiet biex inti izzomm ruhek pur u ‘l boghod mid-dnub. Gibilha hafna erwieh fit-talb tieghek. Hija r-Regina ta’ kulhadd, tajbin u hziena.
Issa tista’ tifhem tajjeb ghaliex Mrs McCarthy ma riedet lil hadd jekk mhux lil Marija b’Regina. Halliinti wkoll lil Marija tkun l-unika Regina ta’ qalbek.