LIL MARIJA MMAKULATA
f'jum il-festa taghha fit-8 ta' Dicembru
X'hin f'kamarti harsti nitfa',
Fuq xbihjetek O Marija,
Fik jien nilmah hlejqa sbejha
Bi qdusija kollok mohnija.
Il-poeti lilek sebbhu
U dammewlek l-isbah kliem,
Il-pitturi fuq it-tila
Lilek zejnu bl-isbah ilwien.
Hekk kien xieraq li b'kull grazzja
Tkun mzejna, tkun mohnija,
Kif sellimlek l-anglu t'Alla,
"Kollok grazzja inti mimlija."
Sa minn dejjem kont Bint Alla,
Xebba int, omm il-Messija,
Inti mimlija mill-Ispirtu
B'kull virtu,' grazzja w qdusija.
Tista' thalli O Marija
Tant erwieh li jistqarruk,
F'halq il-ghadu nfernali
Meta mhabba dawn juruk?
Ilqa' talbna Xebba Mqaddsa,
Ma' ta' l-angli w il-qaddisin
Hajr u glorja lilek noffru
Ghalkemm ahna mibimbin.
O mnissla minghajr htija,
Hawn quddiemek mixhutin,
Ahna konna, ghanda u nibqghu
Dawk uliedek mahbubin.