jesusandmary

 

 

 MARIJA OMM ALLA (2)

 L-IVA KONTINWA TA’ MARIJA LIL ALLA

Mill-mument tat-Tahbira ta’ l-anglu, mill-hin li Alla dahal fil-guf safi u mqaddes ta’ Marija, Gesu’ u Marija baqghu dejjem maghquda fl-Imhabba, fil-hsibijiet u fir-Rieda Divina. Marija kienet tghix ghal Alla u kienet tadurah. Din il-kreatura harset fil-prattika il-kmandament ta’ l-Imhabba: Hobb is-Sinjur Alla tieghek b’qalbek kollha, b’ruhek. Kollha u b’sahhtek kollha. Marija habbet lil Alla kif ried Alla. Marija kienet kollha kemm hi ta’ Alla. L-imhabba divina dahlet hekk f’qalb Marija li ma hallietx ebda lok vojt, hekk li hija habbet b’qalbha, kollha, b’ruhha kollha u b’sahhitha kollha, jafferma San Bernard.

 Bir-ragun San Frangisk minn Sales isejhilha Regina ta’ l-Imhabba u jkompli San Bernardin minn Siena li Marija tant habbet lil Alla li kienet taghmel biss dak li l-Gherf t’Alla juriha. Meta Marija lissnet l-IVA taghha lil Alla kienet libera u mhux sfurzata. Alla kien diga jaf ir-risposta taghha ghaliex hejja sewwa l-qalb taghha, il-hsieb taghha u l-persuna taghha. Pero’ ried jisma’ minn fommha stess il-kelma IVA – FIAT, minn dak il-fomm pur u safi li kien jitbexxaq biss biex ifahhar , jadura u jhobb lil Alla. “Marija trid tikkolabora fil-pjan tieghi ta’ imhabba lejn il-bnedmin?”

 Din hi l-proposta ta’ Alla u r-risposta ta’ Marija kienet IVA, risposta docli, u mimlija mhabba. Marija kienet taf x’konsegwenzi kienet ser igibilha din l-IVA taghha.? Iva. Kienet taf tajjeb l-Iskrittura Mqaddsa li titkellem fuq l-glorja li ssir Omm l-imwieghed Messija, imma kienet taf ukoll li maghha kienet ser tircievi duluri kbar riservati ghal omm ir-Redentur. Studjat il-profeta Isaija li tkellem fuq ix-xorti tal-Mesija, il-qaddej li jbati, il-bniedem disprezzat u rigettat mill-bnedmin hutu, il-bniedem tad-dulur li jaf x’inhi t-tbatija u li lejh hutu l-bnedmin ma kellhom ebda stima. (Is 53 , 3)

Marija rat fil-hsieb taghha waqt t-tahbira ta’ l-anglu x’kien hemm lest ghaliha meta taccetta li tkun Omm il-Messija, imma rat ukoll lil dawk kollha li kien ser jigu mifdija bid-demm prezzjuz ta’ Binha Gesu’. Minn dak il-mument saret l-Addolorata, Omm il-bniedem mislub. Marija bint il-bnedmin kreaturi taghti d-dawl lil Iben il-Kreatur, lil dak li s-sema u l-art ma jesghuhx. Fil-guf taghha hemm maghluq l-Infinit li sar bniedem, Alla jsir bniedem permezz taghha. Imhabba din il-missjoni hekk kbira taghha, Marija kellha tkun mimlija bl-imhabba t’Alla u lejn Alla, tkun kollha t’Alla, kollha qaddisa. Inti sabiha O Marija u fik ma hemm ebda tebgha .

 

 

Make a free website with Yola