MARIJA OMM ALLA. IL-MARA TA’ NAZARET
Wara l-imhabba ta’ Gesu’ ghalija hemm dik ta’ Ommu Marija. Jekk Marija hija r-raguni ta’ hajti jiena jehtieg li nkun il-ferh tal-hajja ta’ Marija. Meta nifhem li kull grazzja li rcevejt waslet ghandi permezz tal-hniena materna ta’ Marija u bl-intercessjoni taghha, dak hu l-mument li fih nista’ nghid: “Marija Omm tieghi grazzi ghal imhabba li turini, thallinix wahdi ghinni dejjem, zommni fil-qalb imqaddsa tieghek. Marija jiena nhobbok u nibqa’ nhobbok u nghozzok ghal dejjem”. Ma hemm ebda mod iehor li bih nista’ nirringrazzja lil Marija ghall-protezzjoni taghha lejja jekk mhux il-konsagrazzjoni tieghi lilha, nsir taghha, u nhalliha tmexxini fejn trid u tixtieq hija minghajr ma nsib ebda skuza jew naghmlilha xi resistenza. Noffrilha hajti biex taghmel minni dak li tixtieq. Marija hija l-Imhabba ta’ l-imhabbiet kollha, anzi Omm l-imhabbiet, il-mara mlibbsa bix-xemx li turi t-triq lil uliedha waqt il-pellegrinagg taghhom fid-direzzjoni lejn Binha. Hija l-Kewba li tohodna ghall-port tas-salvazzjoni: IL-QALB IMQADDSA TA’ GESU’. ALLA U L-HLEJQA MARIJA Ebda mohh ma jista’ jifhem x’ghamel Alla ma’ Marija u b’liema grazzji ried izejjinha biex tkun l-Omm tieghu. Tassew ta’ l-ghageb hija din il-kreatura li Alla mlieha bil-grazzja tieghu mill-ewwel mument tal-koncepiment sat-twelid taghha u harisha minn kull dnub sal-Glorja ta’ l-Assunzjoni meta din l-Omm giet inkurunata Regina tas-Sema u ta’ l-Art mis-Santissima Trinita’ sabiex tigbed lejha l-qlub ta’ dawk mifdija minn Binha Gesu’. Jekk Alla sebbahha b’dan il-mod hekk ta’ l-ghageb, Marija, il-qaddejja tieghu dejjem ikkorispondiet mas-sejhat tieghu b’mod l-aktar xieraq. Sant’Irinew jghid hekk fuq Marija: “ Marija, meta baxxiet rasha ghar-rieda tal-Hallieq saret kawza ta’salvazzjoni ghaliha u ghal umanita’ kollha.” Li titfa’ il-harsa tieghek lejn Marija jfisser li hsibijietek jghollew ‘l fuq lejn is-Smewwiet biex tfittex il-hwejjeg ta’ hemm fuq. Kienet tghammar gewwa Nazaret u mgharrsa ma’ ragel jismu Guzeppi minn nisel ta’ David. L-anglu Gabirjiel mibghut minn Alla wasslilha l-messagg divin li kellha tkun l-omm tal-feddej tal-bnedmin. Thawdet Marija, imma l-anglu assigurah li dan kollu kien ser isehh bil-qawwa ta’ l-Ispirtu Santu. L-anglu kien qed jistenna risposta....Adam, David, u l-bnedmin kollha kien qed jistenew dik il-FIAT tieghek. Mit-twegiba tieghek kienet tiddependi s-salvazzjoni taghna bnedmin miseri, ilkoll ulied Adam . U l-anglu ma telaqx qabel ma kellu risposta minghand Marija: “Iva ikun minni skont kelmtek.” Meta inti accettajt li tkun Omm Alla saret bidla kbira: Alla jsir bniedem, il-bniedem isir Alla. Is-sema titbaxxa u l-art titgholla. Alla ghandu Omm, Vergni ghal Ibnu; l-angli jistghagbu, l-art tifrah, l-infern jitrieghed....Dak li kien mitluf issa sab is-salvazzjoni. Il-FIAT ta’ Alla gab fl-esistenza lid-dinja....il-FIAT ta’ Adam gab kaos fiha....il-FIAT ta’ Marija kien il-mezz li gie fostna s-salvatur tal-bnedmin u dan salva d-dinja kollha. Santa Katerina minn Siena tikteb hekk fuq l-inkarnazzjoni ta’ Gesu’: “ O Marija, l-Iben t’Alla kien qed jistenna wara l-bieb tal-Volonta tieghek, li inti tiftahulu. Il-Missier Etern habbat fuq dan il-bieb; li kieku inti ma ftahtulux, Alla ma kien jinkarna fik.” San Bernardin minn Siena jsostni li bil-IVA ta ’ Marija, il-Vergni mmeritalha li tkun l-ewwel fost il-holqien u tikseb il-primat fuq l-univers u xettru ta’ Renju etern. Gibieuf josserva: “ L-arkanglu Gabirjiel ma marx gewwa Ruma trionfali, gewwa Ateni ta’ l-ghorrief jew il-Babilonja tas-suppervi. Le mar go rokna fil-Galilea go villagg mhux maghruf ta’ Nazaret. Hawn go dar fqajra li kienet tospita t-Tezor tas-Sema u l-art, il-mohba sigrieta tal-Missier Etern kien tghix il-Vergni Marija, abbiss ta’ Grazzji. bahar immens ta’ meravilji u qdusija. |