jesusandmary

 

 Marija Ssma bhala Omm Kristu u Omm taghna

 

Marija Ssma hija Omm Sidna Gesu' Kristu. Infatti meta qalet iva lil anglu li gie ihabbrilha l-missjoni taghha ta' omm, minn dak il-hin tnissel fiha Kristu permezz ta' intervent specjali ta' l-Ispirtu Santu. Hija tatu lid-dinja gewwa l-ghar ta' Betlem. . Għalhekk Marija għandha vera relazzjoni ta' omm ma' Kristu Hija nisslitu bhala bniedem u hadet hsiebu mhux biss sakemm tfarfar izda sakem ha ix-xehta ta' zaghzugh u kienet tinteressa ruhha tisimghu jghallem il-Bxara t-Tajba.

 Ghat tieni darba hija regghet tatana lil Binha meta fuq il-Kalvarju hija b'fidi kbira offrietu lil Alla bhala debha ghal dnubietna. Kristu Binha kien bniedem tassew u mhux xi fantażma jew apparenza. Kellu natura umana bhal taghna La kellu omm ifisser li huwa twieled u ladarba twieled huwa bniedem. Ghax Marija hija Omm Kristu l-Iben t'Alla li sar bniedem, Alla zejjinha b'kull glorja u tifhir. U l-imhabba awtentika li ahna nuru lejn Marija Ssma hija mezz biex ahna naslu ghand Binha Kristu Gesu'.

 Jekk l-imħabba lejn Marija ma twassalniex għand Kristu, nistgħu ngħidu li dik l-imħabba għandha xi ħaġa żbaljata jew hija falza. Kristu fuq is-salib tana lil Ommu Marija biex tkun l-Omm taghna wkoll. Hekk qallu lil Gwanni : "Hawn hi Ommok." U minn dak il-hin saret Ommna wkoll. Omm li trid u tixtieq tigborna lkoll taht il-harsien taghha biex tiddefendina mill-ghadu tar-ruh u minn kull ghawc.

 Hi trid tressaqna lejn Binha Gesu' biex dawk li huma hbieb ta' Binha isahhu l-ghaqda taghhom mieghu, u dawk li huma mbeghdin jitwieldu mill-gdid permezz tal-grazzja. Hi trid ittina mit-tezori tal-grazzji li Binha Gesu' fdalha f'idejha bhalma tat lill-gharajjes ta' Kana meta spiccalhom l-imbid bis-sahha ta' Kristu. Nonoraw u nhobbu lil Marija ghax hija Ommna wkoll.

Make a free website with Yola