jesusandmary

MARIJA REGINA TAL-FAMILJA.

Il -Papa Giovanni Paolo II kien tassew ghaqli meta dahhal fil-Litanja tal-Madonna, (dawk l-invokazzjonijiet li bihom insejhu lil Madonna fi tm iem ir-Ruzarju maghrufa bhala l-Litanija Lawretana) l-invokazzjoni “Regina tal-Familja.” Tqieghdet wara l-invokazzjoni Regina tar-Ruzarju Mqaddes u qabel l-invokazzjoni Regina tal-Paci. Hekk it-total ta’ l-invokazzjonijiet tal-Litanija huma 50 bhalma huma 50 l-Ave Marija tar-Ruzarju.

  1. Ir-Ruzarju huwa t-talba tal-Familja u ghall-Familja. Il-familja li titlob flimkien tibqa’ maghquda. Piju XII jafferma: Jekk jinstabu xi ulied ribelli fil-familja jew xi inkwiet u glied iehor....kunu afu li dan jigri ghaliex ma nitolbux jew ma nitolbux bizzejjed. F’dik il-familja lil Alla jzommuh bhala barrani. Jekk ma titlobx, ma tirrecitax ir-Ruzarju.

Santa Marija Gorretti iz-zaghzugha ta’ tnax-il sena ghafset bejn idejha il-kuruna tar-Ruzarju waqt li l-assassin taghha kien qed jipprova jisraqilha l-kastita’. Irrizulta li dik il-kuruna tar-Ruzarju sfat maqtugha, imma r- rebha fuq it-tentazzjoni kienet taghha u mietet martri biex ma tikkomettix id-dnub.

Il-qattiel taghha Alessandro Serenelli wara li temm is-sentenza ta’ habs dahal ajk ma’ l-ordni tal-Kappuccini u ghadda l-bqija ta’ hajtu jitlob bir-Ruzarju u jaghmel penitenza.

  1. 2. Il-Madonna bhala Regina tal-Familja trid tghin lil kull familja biex twettaq tlett hwejjeg li jaghmluha ferhana bhalma jafferma Santu Wistin: il-gid li johrog mill-fedelta; il-gid ta’ l-ulied; il-gid tas-sagrament.

a) Il-gid li johrog mill-fedelta: Gheziez mizzewgin, hobbu hafna lil Mulej u kunu fidili lejn xulxin u tghixu kuntenti. Il-Familja ta’ Nazaret ghandha tkun ezepmju ghalina.

Kittieb u poeta kbira, kap ta’ fabbrika u profondament nisrani jikteb hekk: Irrid nizzikhajr lill-Providenza Divina kull jum ta’ hajti, li laqqani ma’ fjura rari anzi li tista’ tghid ma issibha mkien. Il-pinna tieghi qatt ma tista’tiddeskrivi il-hlewwa u t-tjubija, is-semplicita’, il-gentilezza u t-tezor tal-qalb ta’ dik li kellha tkun marti omm ta’ sitt itfal....maghha nista’ nghid li hajti hija wahda meraviljuza Hekk nemmen u nittama li nibqghu hekk ghal- eternita’. Triqatna huma wahda, qlubna huma marbuta flimkien, hajjitna hajja wahda. Biz-zwieg jiena hallejt familja numeruza biex inwaqqaf ohra daqstant sabiha. (Clorindo Grandi “ Dove termina l-Orrizonte?)

Qatt ghad-divorzju li jwegga’ hafna lil ulied. Qatt
ghal infedelta’ jew ghal xi parti jew ohra, li jmorru jghixu ma’ persuna ohra. Jinghad li gewwa l-Amerka 90 fil-mija tad-delinkwenza hija htija ta’ familji mkissra.

b) Il-gid ta’ l-ulied. Naccettawhom bil-qalb bhala rigal mill-Mulej u bhala barka mill-Madonna. Nekdukawhom religjosament bl-ezempju u l-kelma. Ma nhallux jum wiehed biss jghaddi minghajr ma flimkien nirrecitaw ir-Ruzarju fil-familja u ma ninsew qatt il-quddiesa fil-jum tal-Hadd. Din hija l-mutur tan-Nisrani.

Benjamin Spock fil-ktieb tieghu “It-tifel kif tedukah u tghinu jghix” kiteb li ghandna nhallu lit-tifel wahdu jiskopri dak li hu tajjeb minghajr ma nimponulu tant regoli......izda ghoxrin sena wara jistqarr li falla f’dak li kiteb u emmen ghax it-tifel ghandu bzonn min imexxih. “Ghandu jkollu bhala gwida l-awtorita’ tal-genituri tieghu. Jehtieg li jkun dixxiplinat u mhux kollox jghodd ghalih. Il-korrezzjoni u l-kastig ghandhom ikunu ta’ ghajnuna kbira fl-isvilupp tal-karattru tat-tifel.”

c) Il-gid mis-Sagrament taz-Zwieg. Il-Koncilju Vatikan II jafferma li z-zwieg religjuz amministrat mis-Sacerdot f’isem Kristu jqaddes il-mara u r-ragel u imhabbithom. Il-grazzja tas-sagrament tqawwi l-ghaqda taghhom li ma tinhallx u tghinhom jilhqu il-qdusija fil-hajja konjugali taghhom u b’hekk iqaddsu lil uliedhom. Nitolbu lir-Regina tal-Familja biex tieqaf mal-Familja Nisranija u tghin lil dawk li jinsabu fid-diffikulta’ biex kulhadd jersaq lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’.

L-ulied edukati fil-biza’ t’Alla jgibu paci kbira u konsolazzjoni lill-genituri.

Silvio Dissegna miet bil-kankru meta kellu biss tnax-il sena. Fil-marda tieghu kienu spiss jitlob lil Marija bir-Ruzarju, jitqarben kuljum u joffri l-ugigh tal-mard tieghu ghall-bzonijiet tal-knisja, tad-dinja u ghall-Papa. Il-genituri tieghu kienu jisimghuh jghid u jirrepeti : “ Kull dulur u ugigh tieghi ikun ghajta ta’ imhabba ghalik O Gesu.” Fl-ahhar ta’ hajtu huwa tilef id-dawl ta’ ghajnejh u lill-kappilan li kien jigi jzuru kien jghidlu: “ Din hija l-ahhar targa tieghi tal-Kalvarju li ghaddej minnu. Wasalt fil-quccata ma’ Gesu’ ....Imma wara hemm il-Qawmien.”

Hdejn is-sodda ta’ Silvio kbew iz-zaghzagh shabu, sacerdoti u sorijiet li kienu jzurh ghaliex fih kienu jilmhu n-namrat ta’ Gesu’, u d-devot kbir tal-Madonna Regina tal-Familja. Minnu kienu jiehdu ezempju tajjeb u jiltilqu minn hdejh bi proponiment li jibdlu ghal ahjar hajjithom.

DAN HU L-FROTT TA’ L-EDUKAZZJONI RELIGJUZA QAWWIJA LI L-GENITURI DISSEGNA TAW LIL BINHOM SILVIO.

Nitolbu spiss, anzi kuljum lil din ir-Regina tal-Familja biex tieqaf mal-Familji kollha u trazzan u teqred il-mard li bih ix-xitan irid itabba’ lill-familji. Iva, bit-talb mimli tama u fiducja f’din l-Omm, jiena perswaz li hija tishaq ras ix-xitan bhalma darba ghamlet, u ma thallix jeqred u jhawwad il-familji, li huma s-sisien tan-nazzjon.

Make a free website with Yola