jesusandmary

 

 MARIJA SAHHA TAL-MORDA

 

Ilkoll inhabbtu wiccna mas-salib u ghalhekk din il-hajja fid-dinja nirreferu ghaliha bhala "l-wied tad-dmugh". Hadd ma hu eskluz mit-tbatijiet u slaleb. Xi darba jew ohra ikollna ngarrbuhom. U meta jasal dak il-mument il-bnedmin iduru lejn xi hadd li jista jaghti l- konfort. U bosta drabi anzi rrid nghid dejjem in-nisrani li jemmen idur lejn Marija ghaliex jaf li hija bhal Omnna taf xi tfisser it-tbatija. Nistqarru ma' Marija l-problemi taghna, zghar u kbar u hija ma twarrabniex. Inhallu lil Marija tkun ir-refugju taghna. Hija tismaghna, hija lesta tghinna.

Tikkonfortana u turina li dak li ghalina huwa sfortuna, fir-realta' huwa barka. Il-konsolazzjoni taghha tkun ghalina ferh. Imma ghal Marija, l-Omm taghna tas-Sema hemm daqqa ta' stallet wiehed: dak li nkunu boghod minn Binha permezz tad-dnub. Dan hu l-akbar problema ghar-ruh. Madanakollu jekk inhalluha tkellimna hija lesta li tindahal intermedjarjaquddiem Binha Gesu' biex mill-gdid naqilghu l-grazzja t'Alla.

 Din l-Omm tal-Hniena tehlisna mit-telfien ta' dejjem. Hija thaddem il-qawwa taghha ta' Omm tal-Hniena anke fost l-erwieh tal-purgatorju. Dawn l-erwieh jinsabu hemm ghaliex fid-dinja hlew il-bosta grazzji li l-Qalb Divina ta' Binha xtaqet taghtihom u huma ma impurthomx. Meta izzurhom fil-purgatorju hija tikkonforthom billi turihom li ghalkemm iridu jbatu ghan-nuqqasijiet taghom huma erwieh salvi li ma jdumux ma jaraw il-Wicc t'Alla. Dan mhux kollox Ibqghu zguri li meta dawn l-erwieh jaraw ir-Regina taghhom, huma jifirhu ghax certi li maghha gabitilhom il-mahfra ta' dnubiethom. Kemm ghalhekk ghandna nitolbu lil din l-Omm biex tintercedi ghal dawn l-erwieh li jistghu jkunu l-familjari taghna. Naghqdu mal-merti ta' Gesu' u dawk ta' Marija l-hidma taghna ta' talb, quddies, tqarbin u opri tajba ohra biex intaffu l-pwieni taghhom.

Tista' tqatta' hin iehor aktar prezzjuz milli titlob ghal dawn l-erwieh li meta jidhlu l-genna jkomplu jkabbru il-fohrija lejn Alla? u ftakar li dawn qatt ma jinsew il-benefatturi kbar taghhom. Ma ninsewx li Marija kienet ukoll konsolatrici ta' Binha meta qasmet it-tbatijiet ta' Gesu', ir-ragel tas-Sofferenzi. L-ewwel sofferenzi taghha kienu meta Binha twieled gewwa ghar f'Betlem u gharfet li l-bnedmin li ghalihom gie Binha ma tawx kaz.

Qasmet mieghu t-tbatijiet tas-salib li hu garrab ghall-fidwa taghna. Nisthajluha tghidilna: "Aghmlu sobgha minn htijietkom biex turu radd il-hajr lejn minn habbkom qabel ma habbejtuh intom". U b'Hekk Kristu jaghrafna bhala l-ahwa tieghu u ahna nsiru veru ulied Marija ghax min ihobb lil Gesu' ihobb lil Marija u min ihobb lil Marija jirrispetta lil Binha Gesu'. Marija Sahha tal-Morda itlob ghalina.

Make a free website with Yola