jesusandmary

 

 Marija SSma tidher lil Bernardo Martinez Cuapa, Nicaragua (1980)

 

 Bernardo Martinez, sagristan, imwieled fl-20 ta' Awissu 1931, dahal f'kapella qadima u osserva li dawl sopranaturali kien qed jiddi madwar l-istatwa ta' l-Imqaddsa Vergni Marija. Dan sehh fil-15 ta' April 1980. Rega' kien fit- 8 ta' Mejju 1980 meta l-Vergni Marija imlibbsa b'ilbies abjad, simili ghax-xbiha tal-kappella, dehritlu u talbitu biex jinghad ir-Ruzarju meditat b'qari bibbliku u li jxerred id-devozzjoni ta' l-ewwel sibitjiet ta' kull xahar. Kienet xewqa ta' Marija, Omm Gesu' li dawn iz-zewg devozzjonijiet jinghataw dik l-importanza li kellhom qabel.

 Habbritlu li jekk il-poplu tan-Nicaragwa ma kienx ser jikkonverti, dan kellu jghaddi minn tbatijiet. Izda Bernardo ma tax kaz ta' dawn it-twissijiet ghax fehem li hwejjeg bhal dawk kienu ser jigibuh f'hafna inkwiet. Huwa tbieghet mill-lok tad-dehriet u ma baqghax izur dik il-kappella, izda l-Vergni mbierka regghet dehrtilu fis-16 ta' Mejju 1980, filwaqt li weghditu l-ghajnuna biex ixxerdilha l-messagg taghha. L-ghada fil-ghodu garrab fih paci tal-qalb kbira hafna tant li b'kuragg kbir dahal ghax-xoghol li riditu Marija minghajr ebda biza li jkun imwaqqa' ghaz-zuffjet.

 Kien filghaxija, fit-8 ta' Gunju 1980, li Marija Ssma wriet lil Bernardo vizjoni fis-smewwiet li kienet turi l-istorja tal-knisja minn l-ewwel zminijiet taghha sa l-irgiel liebsa l-abjad ( probabilment id-Dumnikani ) jitolbu r-Ruzarju, imbaghad il-Frangiskani sa ma fl-ahhar qorob il-poplu bil-kuruna tar-Ruzarju f'idejh. Hekk kellhom il-poplu jimxu fuq l-ezempju taghhom.

Xahar wara fit-8 ta' Lulju 1980, anglu tal-Mulej dehrlu u habbarlu sensiela ta' cirkustanza li kellhom isehhu u li graw tassew ftit taz-zmiem wara, inkluza il-mewt ta' kuginuh li setghet giet evitata kieku sema' minnu. Fit-8 ta' Settembru, festa ta' Marija Bambina, il-Vergni Mbierka dehritlu bhala tfajla u widdbitu biex ma jingabrux flus ghall-bini ta' knisja ghax il-Mulej ried li jimbnew tempji hajjin u mhux knejjes tal-gebel. F'Ottubru 13, 1980, kommemorazzjoni ta' l-ahhar dehra ta' Marija Ssma gewwa Fatima, Marija dehret lil Bernardo u hamsin ruh ohra f'cirku ta' dawl merfugha 'l fuq mill-art.

Wiccha tbiddel u sfar bid-dieqa u ilbsieha saru ta' lewn griz hekk kif dehret imdejqa bin-nuqqas ta' fidi fin-nies. Hekk kif Bernardo talab skuza ghal dawn in-nuqqasijiet, Marija widdbitu biex jitlob ir-Ruzarju, jhobb u jxerred il-paci. Qaltu li ma hux ser jibqa' jaraha aktar u ghebet minn quddiemu. Maz-zmien Bernardo Martinez dahal sacerdot. Fit-13 ta' Novembru 1982 l-knisja approvat l-awtenticita' ta' dawn id-dehriet.

Make a free website with Yola