jesusandmary

 

 MARIJA ZZOMM KELMITHA

L-ISMIJIET HUMA IMQASSRA BIEX TINZAMM IL-PRIVATEZZA TA' MINN GHADDA MINN DIN L-ESPERJENZA


Mr. Kenneth Murphy, jirrakonta din il-grajja li sehhet tassew:

Mrs. Donna E, li kienet tghix gewwa Arlington,VA kienet se tospita l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima go darha li Kenneth hadilha biex izzommha b'devozzjoni ; staqsiha jekk kienitx taf fuq il-gid ta’ meta wiehed ihares id-devozzjoni Marjana ta' l-ewwel Sibt tax-xahar ghal hames xhur wara xulxin.

Mrs Donna wiegbet li dawk li jharsu din id-devozzjoni jircievu dawk il-grazzji kollha li jehtiegu qabel ma jmutu. Imbaghad kompliet tghidlu li r-ragel taghha kien ihobb jaghmel din id-devozzjoni, imma jidher li s-Sinjura ma zammitx kelmitha... miet f’daqqa wahda.

U dan li gara.

Jum wiehed zewgha kien ghaddej bil-karozza f’toroq miksija bis-silg.

 F’daqqa wahda sofra attakk f’qalbu, tilef il-kontrol tal-karozza u habat.

L-ambulanza waslet fil-hin biex tiehdu l-isptar, izda fit-triq miet. Meta Mrs Donna waslet l-isptar saret taf li zewgha miet minghajr ma lahaq l-ahhar sagramenti.    Inkwetat minnhabba ruhu. Apparentement is-Sinjura ma zammitx kelmitha.

  Tlett xhur wara li difnu lil zewgha, sacerdot habbat il-bieb taghha u statqsiha: “Inti Mrs. Donna E.?”  

  Imbaghad is-sacerdoti ddeskriva kif tlett xhur qabel, huwa kien qed isuq wara l-karozza ta’ zewgha u rah jitlef il-kontroll tal-vettura tieghu.

  Kompla: “ Minn ewwel indunajt li tah attakk f’qalbu u kien fil-periklu li jmut.” Is-sacerdot waqaf u staqsieha: “ Inti kattolika?”  Mrs Donna E. Irrispondietu fl-affermattiva.

 Jidher li kien qed ibati hafna, imma seta’ jaghmel qrara.  Is-sacerdot tah l-assoluzzjoni qabel ma’ l-ambulanza waslet fuq il-post. Meta telqet l-ambulanza, is-sacerdot kompla fi triqtu lejn il-knisja ghax kien ser iqaddes. Meta sema’ li Mr. E miet hass li kien xieraq li hu jgharraf lill tal-familja li hu miet fl-istat tal-grazzja.  Imma kellu problema ghaliex l-isptar ma riedux jaghtuh l-indirizz tal-familja ta’ Mr E.

  

Kien biss wara tlett xhur li xi hadd tah l-informazzjoni.   Kien dak il-hin li s-Sinjura habbtet il-bieb.

  

MARIJA SSMA WIEGHDET PERMEZZ TA’ SWOR LUCIJA LI HIJA TASSISTI FIS-SIEGHA TAL-MEWT BIL-GRAZZJI NECESSARJI GHAS-SALVAZZJONI, LIL DAWK KOLLHA LI KULL EWWEL SIBT TA-XAHAR GHAL HAMES XHUR WARA XULXIN, JQERRU JITQARBNU U JGHIDU R-RUZARJU U GHALL-KWARTA SHIHA JAGHMLU MEDITAZZJONI FUQ IL-HMISTAX IL-MISTERJU TAR-RUZARJU BL-INTENZJONI LI JOFFRU RIPARAZZJONI GHAD-DNUBIET LI JSIRU KONTRA GESU’.

  Weghda li saret fl-10 ta’Dicembru tas-sena         1925


 

 

Make a free website with Yola