jesusandmary

 

 MILL-KITBA TA’ SAN ALFONS LIGUORI


Ebda midneb ma ghandu qatt jibza’ li Maria Ssma ser twarrbu jew tirrigettah, jekk jitlobha thenn ghalih. Hija omm il-hniena u tixtieq issalva lil dawk l-aktar mizerabbli.  Marija hija l-arka fejn jinsab il-ferh veru fejn dak li jmur ifittex kenn qatt ma ser isofri rovina eterna.

Santa Geltrude jum wiehed rat lil Marija bil-mantel taghha mifrux u tahtu bosta annimali selvaggi kienu qed isibu l-kenn.  Ma keccithomx izda kienet kollha moghdrija ghalihom u tikkarezzhom. Il-qaddisa fehmet il-messagg ta’ din id-dehra fejn ipperswadit ruhha li l-aktar bniedem midneb zgur ser isib il-farag u s-salvazzjoni ta’ ruhu.

Father Bevius jirrakonta li mara midimba ghal ahhar, jisimha Elena, dahlet fi knisja u dak il-hin semghet priedka fuq ir-ruzarju. Harget u xtrat kuruna, imma hbieta fil-libsa taghha.  Bdiet tirrecita r-Ruzarju u ghalkemm irrecitatu bla devozzjoni, il-Vergni Mbierka berkietha b’tant konsolazzjoni u hlewwa li hija ma setghitx tieqaf li tirrepetih. Hawn il-Vergni Qaddisa ispiratha li paci qatt ma ser issib jekk tkompli bil-hajja hazina taghha ; u b’rizultat ta’ dan hija resqet lejn is-sagrament tal-qrar b’indiema hekk kbira li l-konfessur baqa’ mistaghgeb.

Hekk kif temmet il-qrar marret quddiem ix-xbiha ta’ Marija Ssma biex trodd il-hajr. Irrecitat ir-Ruzarju u x-xbiha tal-Vergni Mqaddsa qaltilha: “Elena, ilek hafna toffendi lil Alla u lili: biddel hajtek u jiena nitfa’ fuqek grazzji kbar.”

Elena konfuza stqarritilha hekk: “ Mqaddsa Vergni Marija, huwa veru li jiena midimba kbira, ghinni biex nahrab id-dnub u jiena naghti lili nnifsi lilek u naghmel penitenza ghal dnubieti.”

Qassmet gidha kollu lill-foqra u bdiet tghix hajja ta’ penitenza. Ghalkemm hajjitha l-imghoddija kienet titturmentaha, hija kienet tirrakomanda lilha nnfisha lil Madonna u bil-ghajnuna taghha kien tohrog rebbieha.

Marija Ssma verament tefghet fuqha grazzji kbar; kellha bosta dehriet u rivelazzjonijiet. Fl-ahhar qabel ma ruhha harget minn go gisimha, Marija Ssma flimkien ma’ Binha Gesu’ gew izuruha, u f’mewtha r-ruh ta’ din il-midimba konverita dehret f’forma ta’ hamiema sabiha tiela’ ‘l genna.

(Din il-grajja giet mehuda mill-kitbiet ta’ San Alfons Liguori taht l-isem ta’ Glorji ta’ Marija.)

 


Make a free website with Yola