jesusandmary

 

MARIJA TA’ NAZARET – OMM IL-MULEJ MA' BINHA RXOXT


L-evangelisti kollha jirrakontaw l-episodju ta’ Gesu’ Rxoxt u li deher li hafna nies. Anki Luqa jirrakonta xi episodji u imbaghad fil-qosor jafferma li Gesu’ qam mill-mewt u deher haj lid-dixxipli tieghu “ u dam jidhrilhom ghal 40 jum jghallimhom u jsahhahom fuq is-saltna t’Alla” (Att 1, 13)

Cert li kienu jiem glorjuzi ghad-dixxipli li jkunu ma’ l-Imghallem taghhom Rxoxt. Kwazi nsew is-sofferenzi u t-tbatijiet li ghadda minnhom Kristu bil-mewt kiefra tieghu. Kristu wennishom, ferrahom, u ghallimhom hwejjeg importanti ghall-missjoni li kien ser jafdalhom u li ma kienitx hafifa. Wara li dam maghhom 40 jum, Gesu’ tela’ fis-sema u billi d-dixxipli tieghu baqghu jharsu lejh tiela’ ‘l, fuq zewg angli qalulhom: “ Ghaliex tkomplu tharsu ‘l fuq. Dak Gesu’ li tela’ fis-sema ghad jigi jum wiehedbl-istess mod libih rajtuh jitla’ fis-sema.” (Atti 1, 10-11)

 Nimmaginawk O Marija qalb il-hbieb ta’ Gesu’ wara l-qawmien tieghu. Kont tisma’ attenta kull kelma tieghu, tosserva kull caqlieqa tieghu. Xejn ma kien jahrab lil qalb tieghek ta’ Omm u dixxipla fidila tieghu. Tisma’ u tahseb fil-fond, filwaqt li titpaxxa bil-prezenza tieghu. Kont qed tipprepara ruhek ghax-xoghol il-gdid li kien qed jistennik li ssahhah lil dawk li emmnu, cioe’, il-knisja, fid-diffikulta’ li kienu ser jiltaqghu maghhom.

Marija ghinna li nkunu attenti ghal Ibnek, li jkellimna mill-Vangelu, anke jekk ahna ma narawhx. Nafu li nistghu nafdaw ruhna fuq dak li weghdna: “ U nibqa’ maghkom sa l-ahhar tad-dinja.”

AVE O MARIJA…….

IMPENN    Nitolbuk O Marija li tindahal ghalina, billi taghti d-dawl tal-fidi lil dawk li ghadhom ma gharfux lil Gesu’, ghal dawk li ma jemmnux fih jew li rrifjutawh.

Make a free website with Yola