jesusandmary

 

 

OMM TA' KRISTU............ITLOB GHALINA

 Marija, inti Omm Kristu, il-Profeta. Il-Lhud gharfuh bhala tali: Wara li Gesu' tema' hamest elef ragel permezz ta' hamest hobziet ta' xghir u zewgt hutiet, il-folla qalet: "Dan hu tassew il-Profeta li ghandu jigi fid-dinja." Ghal dawk li kienu jghixu fid-dlamijiet u fid-dell tal-mewt huwa kien ghalihom l-Imghallem tal-verita'. Xerred u ghallem l-imhabba lejn Alla u lejn il-proxxmu u permezz tal-knisja tieghu ghadu juri din it-triq li twassal ghal-qdusija u salvazzjoni. Marija Omm Gesu' ghinni nifhem xi grazzja kbira ghandi li jiena nisrani u li jiena nghix dak li nemmen.

(2) Marija inti Omm Kristu, is-sultan taghna. L-Istess iben tieghek, Gesu', ikkonferma dan meta Pilatu staqsieh: "Allura inti is-sultan tal-Lhud?" "Inti ghidtu, jiena sultan," wiegbu lura Gesu'. Is-saltna tieghu ma' hiex ta' din id-dinja. Hija wahda spiritwali. Din is-saltna hija miftuha ghal-kulhadd, basta min jixtieq ikun membru fiha, ikollu rieda tajba. Il-bibien ta' l-infern ma jistghux ghaliha ghax Kristu jibqa' maghha sa l-ahhar tad-dinja.

Omm ta' Kristu ghallimni inkun sudditu awtentiku ta' Ibnek, thalli qatt li qalbi tintrabat mal-hwejjeg tad-dinja, imma harsti tkun biss immirata lejn dak li hu ta' Kristu u li lilu jghogob.

(3) Marija inti Omm Kristu, il-Qassis il-Kbir. Huwa offra lili niffsu bhala sagrificcju lil Missier Etern bi tpattija ghalina l-bnedmin sabiex bit-tbatija tieghu ahna niksbu l-helsien ta' dejjem. Huwa joffri lilu niffsu kuljum fis-sagrificcju tal-quddiesa permezz tas-sacerdot.

Bhal Omm dan il-Qassis il-Kbir u Etern inti kollok hniena u moghdrija lejn il-midimbin, aghmel li l-merti tal-passjoni u l-mewt ta' Ibnek ma jkunux bla frott ghalina.

TALBA
O Alla, ghall-merti tal-vergnita' ta' l-Imqaddsa Marija, Inti tajt lill-bnedmin is-salvazzjoni eterna, nitolbuk li permezz ta' l-intercessjoni taghha ahna nilqghu lil awtur tal-Hajja, il-Mulej Gesu' Kristu Ibnek, Hu li jghix u jsaltan ghal dejjem ta' dejjem
. Amen.

 

Make a free website with Yola