IR-RUZARJU JSALVA HAJJA TA’ BNIEDEM FIL-11 TA’ SETTEMBRU.
Ragel minn New York mhux biss tbieghed mill-Knisja Kattolika, izda nqata’ totalment minnha. Kien ilu ma jqerr snin twal. Pero’ darba wahda ltaqa’ ma Jose’ Ferraz, membru tal-ghaqda America Needs Fatima, li ta prezentazzjoni fuq Fatima.
Wara l-laqgha, r-ragel ha mieghu kuruna tar-Ruzarju u ktieb gwida fuq ir-Ruzarju u beda’ jitlob din it-talba u bil-mod il-mod resaq lejn is-sagramenti.
Xhur wara, fil-jum tal-11 ta’ Settembru 2001, kien jinsab fil-World Trade Centre, precizament fil-mument li t-terroristi attakkaw il-post.
Meta ra ballun tan-nar u duhhan mill-habta ta’ l-ajruplajn kontra l-bini, ir-ragel harab mill-ufficju u pprova jigri ‘l isfel mit-tarag, imma habbat wiccu ma’ ostaklu. Il-bibien kontra n-nar inghalqu u sab ruhu go nasba fit-tarag. Hemm sema’ it-twerziq tan-nies imdawra bil-fjammi tan-nar. Kienet xena li tbezzghek. Li tipprova tiftah il-bibien kontra n-nar kienet haga mpossibbli.
Bil-ghajnuna ta’ Marija Ssma, flok ma halla rasu ddur bih, zamm il-kalma, hareg mill-but il-kuruna tar-Ruzarju talab lil Omm tal-Hniena biex tghinu. U fi ftit minuti, in-nies tat-tifi tan-nar waslu fis-sular fejn kien qieghed, kissru l-bibien u sab ruhu hieles minn kull periklu.
Ir-ragel hu konvint li kienet l-ghajnuna ta’ Marija Ssma li helsitu minn mewta l-aktar kiefra.
AHSEB FTIT F’HAJTEK L-IMGHODDIJA U ARA MINN KEMM SARAM MARIJA SSMA HELSITEK?
KUN RIKONOXXENTI MAGHHA.