jesusandmary

 

 IL-FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMELU GEWWA GALATRO

F’Galatro l-ewwel Hadd ta’ Awissu huwa dedikat ghall-festa tal-Madonna tal-Karmelu. Ic-celebrazzjoni ma hiex xi wahda elaborata, bis-sehem ta’ l-awtorita’ civili, festi esterni u programmi li jxandru l-attivita’ . Biss ghall-popolazzjoni ta’ Galatro dan il-jum huwa wiehed specjali; ma hux Hadd bhal Hdud l-ohra izda festa kbira li tigi celebrata fil-kwiet fil-qalb tal-poplu.  Fil-prattika ghall-poplu ta’ Galatro il-festa hija esperjenza ta’ fidi.

Hija uzanza li fil-jum tal-festa jigu sparati xi tiri ta’ murtali filwaqt li mit-toroq tghaddi l-banda u t-tnabar biex ihabbru li dak in-nhar hu jum specjali. Fi zminijiet l-imghoddija ma’ dawn kienu jinghaqdu numru ta’ tfal, izda l-lum dawn naqsu hafna.

Matul il-ghodwa serbut ta’ fidili jghaddu l-knisja biex jiehdu sehem fil-purcissjoni zghira li mill-knisja ta’ Madonna tal-Karmelu, l-istatwa titiehed ghal dik ta’ San Nikola fejn issir funzjoni religjuza.

Tard wara nofsinhar fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja jingabru l-fidili li jattendu ghall-quccata tac-celebrazzjoni tal-festa: il-hrug ta’ l-istatwa mill-knisja ghall-purcissjoni.....fost id-daqq tal-qniepen ma jaqtghax, id-daqq tal-muzika mill-banda u t-tahbit tat-tnabar u n-nar ta’ l-ajru.

Il-purcissjoni kienet tieqaf biex il-genituri jaghtu t-tfal lir-reffiegha tal-vara biex jerfghuhom ‘l fuq  lejn is-sema u x-xbiha tal-Madonna halli jkunu ta’ offerta lll- Vergni Mbierka fost ic-capcip tan-nies. Dan il-lum ma ghadux isir.

Pass wara l-iehor, wara li kwazi tkun  daret mat-toroq tal-pajjiz, il-purcissjoni tersaq lejn il-knsija zghira tal-Karmnu fejn fost id-daqq tal-qniepen, banda u nar ta’ l-ajru, l-istatwa titdahhal gewwa u titqieghed f’riglejn l-artal filwaqt li  fit-tmien tac-celebrazzjonijiet ikun il-kant marjan mill-kor tal-lokal.


Tu nostra gran Regina,

Madre di chi t’implora

Al tuo devoto Galatro

Grazie dispensa ogn’ora.


Tu tutto poi proteggilo,

prega per noi il Signore,

Vergine del Carmelo,

Madre d’immenso amore.


Fit 12 ta’ Novembru tas-sena 2013, il-kappillan ta’ Galatro gietu l-idea li jaghti t-titlu ta’ belt marjana lil Galatro.  Din l-idea ntlaqghet tajjeb hafna u fil-presenza ta’ l-isqof tad-djocesi, Mons Francesco Milito, is-sindku tal-lokal Carmelo Panetta gharaf ufficjalment lil din il-belt bhala l-Belt ta’ Marija.

Din l-idea l-kappillan ibbazaha fuq il-kult marjan imxerred fost in-nies tal-post, li fih hemm hafna knejjes u monasterji dedikati li Marija, Omm Gesu’. Dawn kienu mwaqqfa sa mill-ghaxar seklu minn patrijiet basiliani fuq it-territorju ta’ Galatro.

Il-Hamis, l-ewwel ta’ Awissu 2014 saret l-inkoronazzjoni tax-xbiha tal-Madonna tal-Karmelu, quddiem l-awtorita’ ekklesjastika u dik civili flimkien mal-poplu. 

L-isqof tad-djocesi Mons Milito f’omelija tieghu pogga lil Marija centru tal-mumenti varji fil-kalendarju liturgiku u kkwota hafna lil Sant’Alfons Maria de Liguori  li kien devot kbir ta’ din il-persuna hekk qrib ta’ Alla. Temm id-diskors tieghu billi esorta lil dawk prezenti biex jghixu hajja ferventi nisranija.


Make a free website with Yola