X’JGHIDU FUQ MARIJA SSMA..................
Xejn ma jassigurana l-perseveranza fil-fidi hlief talb kontinwu u bil-qalb lil Marija. Imma ahna nistghu nitolbu kontinwu. Nghid iva, jekk inhobbu hafna lil Marija.
SAN ALFONS LIGUORI.
L-arka ta’ noe kienet tixbiha ta’ Marija. Bis-sahha ta’ l-arka il-bniedem salva mill-gharghar ta’ l-ilma hekk kif ahna bis-sahha taghha hlisna mit-telfin tad-dnub. Madakollu hemm differenza. Permezz ta’ l-arka ftit kienu salvi, imma bis-sahha ta’ Marija, il-generu uman kollu gie mehlus mid-dnub.
SAN BERNARD.
L-isem ta’ Marija jfisser dawl jew kewba tal- bahar. Ghaliex kien permezz ta’ Marija li fid-dinja gie id-Dawl Etern, Gesu’ Kristu.
SAN SIDOR.
Kunu devoti ta’ l-Isem Imqaddes ta’ Marija; itolbu lil Alla permezz taghha. Ahseb f’dan l-Imqaddes Isem u sejjahlu spiss bir-rispett kollu u qima li tixraqlu.
SAN GWANN BATTISTA DE LA SALLE.
Aktar ma jkun onest il-hars tieghek u kliemek aktar tghogob lil Imqaddsa Vergni Marija. U akbar ikunu il-grazzji li hija xxerred fuqek minghand Binha Gesu’.
SAN GWANN BOSCO.