jesusandmary

 

X'QALU L-QADDISIN FUQ MARIJA SSMA.

SAN PIER DAMIANI DWAR IS-SETGHA’ TA’ MARIJA:

Meta Marija titlob ghall-grazzji minghand Alla, hija ma titlobx jew tistaqsi, imma biex nitkellmu ta’ bnedmin tikkmanda. Ghax Binha jonorha billi ma jirrifjutalha xejn.

SAN MASSIMILJANU KOLBE DWAR L-IMHABBA TA’ MARIJA LEJN ULIEDHA L-BNEDMIN:

F’isem Marija nghid din lil kull wiehed u wahda minnkom: Hi thobb lil kull wiehed u wahda minnkom.  Hi thobbkom hafna. Hi thobbkom kull mument u minghajr eccezzjoniijiet.

SANTA KATERINA MINN SIENA TITKELLEM HEKK FUQ L-MATERNITA TA’ MARIJA:

Ersaq lejn l-ghaziz Omm tal-Hniena.  Hija tiehdok ghand Binha u quddiemu tipprezentak u tuza l-intercessjoni taghha materna f’ismek sabiex Hu, l-Iben taghha, ikun hanin mieghek.

SAN TUMAS MINN AQWINU JITKELLEM HEKK FUQ IL-MIMLIJA BIL-GRAZZJI:

Il-Vergni Mqaddsa kienet l-aktar qrib possibbli lejn Kristu ghaliex kien minnha li Hu ha in-natura umana tieghu. Ghalehkk hija certament giet imbierka Minnu b’hafna u hafna grazzji, aktar minn ohrajn.

SAN GWANN DAMAXXENU HEKK JITKELLEM FUQ IS-SAFA TA’ MARIJA:

Alla ppreserva r-ruh flimkien mal-gisem ta’ Marija minn kull tahsir ghaliex hija kellha  iggor fil-guf taghha lil Alla maghmul bniedem. U ghaliex Alla hu qaddis, Huwa biss jghammar f’postijiet qaddisa.


Make a free website with Yola