jesusandmary

IS-SINJURA TA’ L-ABBUNDANZA JEW PROSPERITA’

Il-Vergni Mqaddsa ta’ l-Abbundanza hija meqjuma gewwa Cursi fl-Italja. L-istorja taghna tibda fl-ewwel nofs tas-17 il-seklu. F’dawk iz-zminijiet ir-regjun tal-Pulja fl-Italja kien ghaddej minn nixfa kbira.  Ghal kwazi tlett snin ebda qatra ilma ma nizlet fuq wicc l-art. Mar-Rebbiegha tas-sena 1641, is-sitwazzjoni kienet wahda mwera. Wasal April u s-shana kienet qisha ta’ nofs is-sajf. Il-prospetti ta’ hsad tajjeb ta’ frott  mill-ghelieqi u helsien minn dan il-gwaj kienu jidhru ‘l boghod.

 Il-poplu talab b’hegga kbira lill-Vergni Mbierka, jitlobha biex tigi halli tghinu u ssalvah mill-guh li kull ma jidher kien riesaq qalja, qajla, izda b’mod zgur.

Il-Vergni Mbierka semghet l-ghajta taghhom ghall-hniena.  Hija dehret li wiehed rghaj jismu Baglio Orlando Natali. Imbezza’ mid-dehra tal-Vergni Mbierka huwa harab minn fuq il-post.

Omm Alla sejhitlu mill-gdid u qaltu min hi. Ir-Regina tas-Sema qaltlu li hija tithassar lil Baglio u n-nies ta’ dak ir-regjun ghat-tbtaija li kienu ghaddejjin minnha.

Hija ordnatlu jmur ghand il-kappillan u jghidlu f’isimha biex ilaqqa’ il-migemgha ta’ Cursi u mieghu jigu fuq il-post fejn hija xtaqet li timbnielha knisja.  Meta titlesta hija tiehu taht il-patrocinju taghha lil Cursi u l-inhawi ta’ madwar. U bhala sinjal ta’ approvazzjoni taghha ghad-devozzjoni tan-nies lejha, hija wieghdet lil Baglio li fl-ahhar ta’ dik l-istess sena l-poplu kien ser jara hsad hekk kbir li qatt ma ra bhalu. Fl-ahhar widdbet lil Baglio biex jibdel hajtu ghaliex hija ghazlitu biex ikun segwaci awtentiku taghha. U li hu kellu jaqdiha fil-knisja l-gdida meta din titlesta. Wara li qatlu l-messagg taghha ghebet.

 Minghajr ma tilef ebda zmien, mar jigri jhabbar dak li qaltlu l-Vergni Mbierka lill-kappillan. Is-sacerdot twajjeb gabar lill-poplu u mmexxija minn Baglio marru fuq il-post li fih dehritlu Marija Ssma.  Hemm nizlu gharkubtejhom u b’vuci wahda talbu u fahhru lil Omm Imqaddsa ta’ Gesu’.

Wara li talbu huma mill-gdid ingabru biex jirritornaw lejn ir-rahal taghhom.  Fit triq lemhu ftit shab fis-sema li zdied sakemm waslu fi djarhom. Nizlet ix-xita u l-folla ixxarbet izda dan ma kienx xi haga preokkupanti.  Huma kienu ferhanin. Ix-xita damet niezla ghal tlett ijiem.

L-ahbar ta’ dak li sehh griet malajr u follol kbar marru fuq il-post biex jirringrazzjaw lill-Madonna. U tassew sehh kliem il-Madonna ghaliex il-hsad f’daw l-inhawi kien hekk kbir li l-mhazen kienu mimlija sa ruhhom bil-frott.

 In-nies ta’ Cursi zammew kelmithom ghaliex ftit taz-zmien wara bnew knisja  f’gieh Marija Ssma taht it-titlu ta’ Marija Ssma ta’ l-Abbundanza.  Baglio irtira mid-dinja u libes il-libsa ta’ eremita u qaghad jiehu hsieb il-knisja l-gdida. 

Ftit tas-snin wara l-knisja sfat meqruda minn sajjetta imma l-poplu baqa’ rikonoxxenti lejn il-hniena li wriet Marija Sma lejh u bnew santwarju isbah minn dak ta’ qabel.

Fuq l-artal magguri wiehed jista’ jara affresk Greco Bizantin tal-Madonna tal-Prosperita’.  Ix-xbiha turi lil Madonna u Binha Gesu’ tfajjel, jzommu f’idejhom frieghi taz-zebbug u qamh.

Ghalkemm il-memorja ta’ dan it-titlu marjan huwa mnizzel fil-5 ta’ Jannar, in-nies ta’ Cursi jiccelebraw it-tifkira tieghu permezz ta’ festa fit-tieni Hadd ta’ Lulju. Fil-jum tal-Hamis wara Hadd il-Ghid, il-knisja tal-lokal tfakkar il-patroncinju ta’ Marija Ssma ta’ l-Abbundanza.


Din hija ommok ukoll ma ma hi omm in-poplu ta’ Cursi. Tahseb inti li mieghek ma hux ser tferrex l-abbundanza ta’ grazzji taghha fuqek ukoll? 

Ghaliex tiddubbita? Ejja nxtehek f’riglejha u halliha tkompli hi tmexxik.

Make a free website with Yola