4) IL-FIDI KBIRA TA’ MARIJA
Min jaf kemm il-darba Marija rrepetit l-isem helu ta’ Gesu’, li hija gharfet minn fomm l-Anglu Gabirjiel li qalilha: “ Inti jkollok iben u ssemmih Gesu’” . Quddiem Marija, tfajla ta’ hmistax-il sena, infetah misterju enormi: issir Omm Alla u tibqa’ Vergni. Ma qaghditx targumenta ma’ l-Anglu izda taghtu l-Iva taghha minghajr ebda kundizzjoni. Emmnet minghajr ma rat. “Beati dawk li jemmnu minghajr ma’ jaraw,” qal Kristu u Marija Ommu hija l-ewwel beata, l-imbierka fost l-imberkin. Il-qaddisin ghadhom tifhir kbir lejn Marija minhabba l-Fidi taghha. San Pietru Canisio jsejjah lil Marija “Imghallma tal-Fidi” ghaliex bl-IVA taghha hija fethet il-bibien tal-genna u San Cirillu Alessandrino jindirizzha bhala r-“Regina tal-Fidi”. Sant Alfons jafferma li l-Fidi ta’ Marija hija aqwa minn dik ta’ l-angli kollha u l-bnedmin kollha. Hija qatt ma ddubitat li Gesu’ Binha ma kienx Bniedem Alla.
Ghal disa’ xhur shah Gesu’ ghex fil-guf immakulat ta’ Marija li kienet tadurah bla waqfien u tghexxju bl-istess demm u laham taghha. Ratu tarbija fil-grotta ta’ Betlem u hemm fil-maxtura hija aduratu u emmnet li kien Alla, aduratu waqt li kien qed jikber, aduratu waqt li bhala zaghzugh kien jahdem ta’ mastrudaxxa, aduratu bhala l-messija waqt li kien ixandar l-ahbar it-tajba lill-poplu, aduratu meta kien rifjutat u michud minn hutu l-Lhud, aduratu meta matul il-gimgha mqaddsa kien maqbud prugunier, ifflagellat, inkurunat bix-xewk u meqjus bhala mignun u rivoluzzjonarju, imma ghal-Marija dejjem kien Alla. Aduratu meta kien tiela’ l-kalvarju mghobbi bis-salib u fl-ahhar imsammar mieghu. Meta lemhitu imdendel ma’ salib rat fih bniedem, imma aduratu bhala Alla bniedem. Jikkummenta San Antonino li Marija kienet hemm wieqfa taht is-salib mimlija Fidi fid-Divinta’ ta’ Kristu. San Metodju jsejhilha : “Dawl ghal fidili” filwaqt li Sant’Irinew jafferma li dak li Eva gabet bin-nuqqas ta’ twemmin, Marija rriparatu bil-Fidi taghha.
Il-Fidi ta’ Marija fid-Divinita’ ta’ Binha ma naqset qatt mhux biss ghal dak li kienet tisma’ minghandu, izda aktar, ghax hija kienet mitluqa totalment f’idejn Alla. Imbierka inti li emmint, imbierka inti Marija, imbierka inti, Mara mimlija bil-grazzja.
Marija bezghet, iva, bezghet li t-tarbija taghha kien ser ihoss il-bard u allura hadnitu maghha. Gewwa ghar mahmug twieled is-Salvatur minn Marija. Il-Kreatur jitwieled bniedem minn Kreatura. L-Ispirtu Divin ircieva Gisem minn Mara. Marija tat lid-dinja Bniedem – Alla. Harset lejh. Ghafsitu ma’ qalbha. Tadurah aktar minn qatt qabel.
Poggietu f’maxtura u nizlet gharkubtejha. Quddiem dak li dejjem adurat u fittex biex tagharfu aktar permezz ta’ l-Iskrittura, tinxtehet issa u titbaxxa biex toffrilu l-qima taghha.
Dak Alla li tant semghet fuqu permezz ta’ l-Iskrittura u l-Profeti issa qieghed quddiemha u qed tarah, bil-Gisem, bid-Demm bir-Ruh u bid-Divinita’, quddiemha tarah ckejken u bla forza. |