jesusandmary

IL-LABTU TAL-KARMNU

 

 L-ORIGNI TAL-LABTU

 Meta fil-bidu tat-tielet seklu xi rigiel kienu jiddeciedu li jghixu hajja rtirata ghal imhabba ta’ Kristu kienu jilbsu lbies specjali li kellu tifsira li huma issa kienu ta’Kristu, ma humiex aktar tad-dinja imma lesti biex jaqdu lil Alla b’mod aktar axxetiku. Parti minn dan l-ilbies taghhom kien ikun il-labtu li kien ilbies uzat hafna mill-Ordnijiet religjuzi. Din l-ghamla ta’ ilbies kienet taghti idea dwar rabta li hemm bejn qaddejj u sid, infatti kien ilbies komuni li l-qaddejja jilbsu biex ifissru din ir-rabta fiz-Zminijiet tan-Nofs. Dan kien jintlibes l-aktar mill-foqra li kienu mpjegati mas-sidien taghhom li joffrulhom l-ghexien ta’ kuljum. Anzi tista’ tghid li dan kien garantit meta kienet issir ceremonja fejn fiha il-qaddej kienet iwieghed il-fedelta’ tieghu u s-sid jaghti din il-libsa lill-dak li kien lest li jaqdih f’kollox. Din il-libsa kienet speci ta’ uniformi u taghzlu minn fost ohrajn biex turi lil liema sid kien jappartieni. Din ic-ceremonja giet ikkupjata mill-Ordnijiet religjuzi. In-novizz jaghmel il-voti tieghu quddiem is-Superjur li jlibbsu bit-tonka, u dan kien jidhol ghar-responsabilta’ li hu jaghti ruhu kollu kemm hu lill-Mulej.

 IL-LABTU TAL-KARMNU

 Kien zmien meta l-Ordni Karmelitan kien ghaddej minn persekuzzjoni qalila gewwa l-Ingilterra fis-seklu 13. Kien it-twemmin tal-patrijiet li kienet il-Madonna li helsithom u ghenithom johorgu rebbieha fuq dan l-ghelt u kien ghalhekk li huma jemmnu bid-dehra tal-Madonna lil San Xmun Stock fejn fiha dan il-qaddis ircieva s-sinjal tar-rebha fuq l-ghadu ta’ l-Ordni. Kien il-Labtu li min jilbsu kellu sinjal ta’ protezzjoni u ghexien li sid jew patrun kien jaghti lill-qaddejja tieghu. Din kellu tkun il-protezzjoni Marjana . Għaldaqstant il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu huwa l-libsa mqaddsa ta' Ordni reliġjuż, l-Ordni Karmelitan, li juri r-rabta li tgħaddi bejn Marija u dawk li jilbsuh.

 META WIEHED JGIB FUQU L-LABTU.

Din id-devozzjoni tal-Labtu tal-Karmnu xterdet fost il-patrijiet u anke l-insara hekk li mhux biss twaqqfu Konfraternitajiet izda ukoll gew dedikati Knejjes u Kappelli lil Madonna tal-Karmelu. Kull nisrani huwa msejjah biex jghix hajja qaddisa li taghti gost u glorja lil Alla u b’medell tieghu n-nisrani ghandu jkollu li Gesu’ li dejjem wettaq ir-rieda tal-Missier tieghu. Hu t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. Huwa ghazel it-triq tac-cahda u thaddan mas-salib. Wara Kristu Marija Ssma hija l-aqwa mudell tal-qdusija u d-devozzjoni lejha ghandha tohodna lejn Binha Gesu’. AD JESUM PER MARIAM – LEJN GESU’ PERMEZZ TA’ MARIJA. Il-knisja tirrakomanda hafna li wiehed jilbes dan il-labtu bid-devozzjoni billi permezz tieghu jidhol f’relazzjoni personali ma’ Marija. Permezz tieghu jikkonsagra lilu nnifsu lilha u dan ifisser li lest li jaghmel dak li jimxi fuq l-ezempju taghha, hija I hija l-MERA TAL-QDUSIJA, speċjalment fl-imħabba tagħha lejn il-proxxmu, fit-talb bla heda u fir-rabta qawwija tagħha mar-rieda ta' Alla. Min jilbes il-labtu juri li hu jappartieni lil Madonna li sahqet ras-ix-xitan u tidhol ghalina meta dan jazzarda jersaq lejna bit-tentazzjonijiet tieghu.

 KUN AF LI: -

 1. Id-devozzjoni lejn il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu hija devozzjoni approvata mill-Knisja għal aktar minn seba' mitt sena.

 2. Min jinkiteb fil-Labtu, jinkiteb darba biss minn saċerdot.

 3. Wara l-kitba fil-Labtu, minflok l-Labtu tad-drapp, wieħed jista' jilbes domna li fuq naħa waħda jkollha x-xbieha tal-Qalb ta' Ġesu' u fuq in-naħa l-oħra x-xbieha tal-Madonna.

4. Il-Labtu jistedinna biex ngħixu ta' veri nsara skond ma jitlob minna l-Evanġelju, biex nircievu s-sagramenti u nistqarru d-devozzjoni speċjali tagħna lejn il-Verġni Mbierka billi: - ngħixu b'qalbna miftuħa għal Alla u għar-rieda tiegħu murija fil-ġrajjiet tal-ħajja, - nisimgħu l-Kelma ta' Alla fil-Kotba Mqaddsa u fil-ħajja ta' kuljum, nemmnuha u nagħmlu dak li titlobna, - nishru bla waqfien fit-talb biex insibu 'l Alla preżenti fil-ġrajjiet kollha, - ngħixu qrib ħutna fil-bżonn u naqbżu għalihom.

 

Make a free website with Yola