jesusandmary

 

5. MINN MARIJA JITWIELED GESU’...... LI HU ALLA
Imniedhi c-censiment mill-imperatur Cesari Awgustu, l-imperatur ruman, Marija u Guzeppi, ghajjenin u fqar, javvicinaw Betlem biex jirregistraw. Minkejja l-kesha u l-ghejja, ebda tgergir ma hareg minn fomm Marija. Bizzejjed ghaliha kien li tahseb fit-tarbija taghha, is-Salvatur li kien ser jehles lill-bniedem mid-dnub ta’Adam u Eva. Irriflettiet fuq dak li kellu jitwieled, fuq il-kulur ta’ xaghru u ghajnejh, fuq dawk l-idejn u saqajn zghar, iva hasbet u aduratu f’qalbha. Kienet qed tistenna b’xewqa kbira li jasal dak il-mument li fih thaddan il- binha Gesu, tarbija, Alla taghha.
Marija bezghet, iva, bezghet li t-tarbija taghha kien ser ihoss il-bard u allura hadnitu maghha. Gewwa ghar mahmug twieled is-Salvatur minn Marija. Il-Kreatur jitwieled bniedem minn Kreatura. L-Ispirtu Divin ircieva Gisem minn Mara. Marija tat lid-dinja Bniedem – Alla. Harset lejh. Ghafsitu ma’ qalbha. Tadurah aktar minn qatt qabel.
Poggietu f’maxtura u nizlet gharkubtejha. Quddiem dak li dejjem adurat u fittex biex tagharfu aktar permezz ta’ l-Iskrittura, tinxtehet issa u titbaxxa biex toffrilu l-qima taghha.
 Dak Alla li tant semghet fuqu permezz ta’ l-Iskrittura u l-Profeti issa qieghed quddiemha u qed tarah, bil-Gisem, bid-Demm bir-Ruh u bid-Divinita’, quddiemha tarah ckejken u bla forza.
 

Make a free website with Yola