Marija ta’ Nazaret - Omm il-Mulej Aghmlu dak li jghidilkom Hu. Wara li qatta’ erbghin jum fid-dezert, Gesu’ rega’ lura fil-Galilija . Forsi Marija setghet tilqghu mill-gdid gewwa darha wara n-nuqqas tieghu. Flimkien hadu sehem fil-festa ta’ tieg gewwa Kana. Waqt il-pranzu naqashom l-imbid. Marija ndunat u qalet lil Gesu’ : Ma ghandhomx aktar imbid. Ir-risposta ta’ Gesu’ kienet : Ma ghandniex x’naqsmu. Imma Marija qalet lill-qaddejja: Aghmlu dak li jghidilkom hu. U Gesu’ biddel l-ilma f’imbid u kien f’din ic-cirkustanza li ghamel l-ewwel miraklu tieghu u permezz tieghu wera’ li kien Alla.
Marija, inti f’Kana wrejt is-sensibilta’ ta’ omm. Ridt miraklu minghand Ibnek Gesu’ ghax il-festa tat-tieg kienet ser tispicca hazin. Minhabba fik Gesu’ wettaq l-ewwel miraklu tieghu biex ma tintemmx il-felicta’ ta’ dawk il-mumenti ghal dawk iz-zewg zaghzagh li kienu qed jifirhu flimkien ma’ hbiebhom u qrabathom. Inti rregalajtilna dak il-kmand: Aghmlu dak li jghidilkom. Dan il-kmand hu bizzejjed biex ikun id-dawl u t-triq ghad-dixxipli ta’ Kristu, jekk irridu li tassew inkunu xiehda tieghu. Marija ghinna nimxu wara Kristu kull jum ta’ hajjitna. Ave Marija……… IMPENN Nistaqsu lilna nfusna xi jfisser fil-gurnata tal-lum li naghmel dak li jrid minni l-Imghallem ta’ Nazaret.
|