EZERCIZZJU MARJAN Id- devot ta’ Marija jhabrek biex jilbes il-virtujiet taghha. Id-devot ta’ Marija ma joffendix lil Binha billi minn joffendi lil Iben joffendi wkoll lil Omm. Id-devot ta’ Marija jiftakar fiha fit-tminja, f’nofsinhar u filghaxija meta jirrecita l-Angelus. Id-devot ta’ Marija jsellmilha kuljum bir-Ruzarju. Id-devot ta’ Marija jsejhilha fil-mument tal-bzonn l-aktar fit-tentazzjoni. Id-devot ta’ Marija joffri lilu nnifsu lil Marija b’generozita’ u mhabba. Id-devot ta’ Marija jxerred il-qima lejha ma’ kulhadd. Id-devot ta’ Marija jilbes b’qima xi xbiha taghha, bhalma huwa l-Labtu jew Medalja Mirakoluza biex Hija tipprotegih minn kull hsara tar-ruh u tal-gisem.
Id-devot ta’ Marija jersaq lejha bit-tama qawwija li hija tressqu lejn Binha Gesu. AD JESUM PER MARIAM . Tassew jixbah lil Marija min jahfer lil ghadu tieghu; isir jixbaha ghax hija hafret lil dawk kollha li fuq il-kalvarju offendew lil binha Gesu’ . Talbet ghalihom biex isalvaw. Tassew jixbah lil Marija Ssma min ibaxxi rasu ghar-rieda t’Alla ghax hi wkoll baxxiet rasha ghall-volonta’ t’Alla meta lil Anglu li gie biex ihabbrilha li kellha tkun omm Alla, wegbitu: “Ikun minni skond kelmtek.” Tassew jixbah lil Marija Ssma min fis-skiet ta’ qalbu jadura lil Gesu’ is-Salvatur tal-bnedmin. Hija ukoll mill-mument tat-tnissil ta’ Gesu’ sal-mument li telaqha biex jibda’ il-missjoni pubblika tieghu, kienet thares lejh u tadurah bhala Alla taghha. Tassew jixbah lil Marija min jghix hajja pura u nadifa fir-ruh tieghu billi Marija ukoll kienet safja u pura ghaliex kienet Omm Alla. Hekk sellmilha Gabirjel: “Sliem ghalik mimlija bil-grazzja.” Tassew jixbah lil Marija min jittama f’Alla ghall-htigijiet tieghu, kemm spiritwali kif ukoll materjali. Kienet hekk kbira t-tama taghha f’Alla li fost l-ohrajn hija halliet f’idejh biex binha Gesu’ jehles mill-qilla ta’ Erodi meta dan fittxu biex joqtlu. TASSEW HU XXURTJAT MIN JAGHZEL LIL MARIJA SSMA BHALA REGINA TAL-FAMILJA TIEGHU GHAX HIJA THARSU MINN KULL HEMM.
|