jesusandmary

 

 

Medalja Mirakoluza

Il-Qawwa ta' Medalja Mirakoluza.

 Il-Konverzjoni ta' Alfons Ratisbonne


 
Il-grajja tal-Medalja Mirakoluza sehhet fis-27 ta' Novembru 1830. Ghalkemm il-Papa kellu wahda minn dawn il-Medalji mirakoluzi u minkejja li kienet xterdet sewwa gewwa Franza minhabba l-mirakli li kienu qed isehhu permezz taghha ghal min igorrha fuqu bil-fidi, kellhom jghaddu madwara tnax-il sena biex taqbad art sewwa fil-knisja kattolika mondjali. Kellha tkun il-konverzjoni ta' Alfons Ratisbonne li tat spinta 'l quddiem biex tinxtered d-devozzjoni lejha.  

Kien il-jum tas-6 ta' Jannar tas-sena 1842. Alfons Ratisbonne, bankier Lhudi zaghzugh kienu ghadu kemm wasal Ruma. Kien nisel ta' familja importanti fi Strasbourg, bniedem tad-dinja, sinjur ghal ahhar izda ma jemmen b'xejn. Ta' 28 sena kien gharus lin-neputija tieghu , Flore Ratisbonne. Ippjana li jizzewwigha f'Awissu ta' dik is-sena. Imma dak il-hin huwa kien qed jaghmel dawra ma' l-Ewropa kemm biex jiddeverti kif ukoll minhabba sahhtu - qabel ma jinghaqad fiz-zwieg ma' Flora u jkollu sehem fil-bank ta' zijuh.  

Ma kellux f'mohhu li jzur Ruma ghaliex hu kien anti kattoliku. Kif jistqarr hu stess l-isem biss ta' Gizwiti kien inissel fih qilla kbira. Dejjem ikkontrolla l-antipatija ghall-Kattolicezimu imma minn mindu huh ikkonverta u sar sacerdot il-qilla kompliet xeghlet fih. Kien ghalhekk li l-ahhar post fid-dinja li jzur kienet Ruma imma minghajr ma jaf biss ghaliex sab ruhu hemm. Meta kien Napli, qabad it-trieq il-hazina u meta induna biex jippika mieghu nnifsu kompla fi trieqtu ghar-Ruma . Fil-kumpannija ta' gwida li hallas minn butu huwa qaghad jdur ir-rovini Rumani u l-muzewijiet.  

Waqt li kien hemm, xi hadd ghajjatlu ghax gharfu u meta dar biex jara min kien sab li kien habibu ta' l-iskola minn Strasbourg, Gustave de Bussieres, Protestant. Ghalih ma kienx jimporta li habibu kien Protestant, - li kien joggezzjona ghalihom kienu l-Kattolici.  

It-tnejn ferhu b'xulxin. Aktar tard meta Alfons mar fid-dar ta' Gustave, huwa iltaqgha ma' huh il-kbir, il-Baruni Theodor de Bussieres, li wkoll kien ikkonverta u haddan il-fidi kattolika. Dan kien habib tal-qalb ta' hu Alfons is-sacerdot. Ghad-dehra tieghu Alfons hass abborriment lejn dan il-kattoliku zelanti, imma minhabba li kien jaf li l-baruni kien espert fuq Kostantinopli, li Alfons kellu l-hsieb li jzur aktar tard fil-vjagg tieghu, kellu jikkontrolla lilu nnifsu u ftiehem li jiltaqa' mieghu biex jaghtih xi pariri ghaz-zjara f'Kostantinopli.  

Dan kien l-ewwel pass ghall-konverzjoni ta' Alfons. Alfons jrodd zjara lil knisja ta' Aracoeli fejn il-kant qanqlu hafna, tant li beka, ghalkemm ma kienx jaf jispjega dak li kien messlu qalbu. Wara jmur izur lil ghetto Lhudi gewwa Ruma fejn ra l-miserja li fiha kienu jghixu l-Lhud fi zmien il-gwerra u mill-gdid jirribella ghal dak kollu li hu Kattoliku. Minn hemm telaq biex imur fid-dar tal-Baruni.  

Hemm jiltaqa' mal-familja kollha tieghu, migbura fis-salott. L-ewwel mumenti tal-laqgha taghhom kienu bierda, izda meta Alfons irrakontalu dak li ghadda minnu gewwa l-knisja ta' Aracoeli, il-Baruni qam fuq tieghu u wiegbu li jum wiehed Alfons ghad ihaddan il-fidi kattolika. Biex jirribatti Alfons jattakka lil knisja kattolika li hu jzomm bhala responsabbli ghal dak kollu li gara fi zmien il-gwerra u ghat-tbatija u l-mizerja li ghadda minnhom il-poplu Lhudi. Il-Baruni fahhar l-operat tal-knisja, izda Alfons kien iwiegeb sarkastikament, b'hafna drabi jirredikola l-knisja. U li kieku ma kienitx ghall-prezenza tal-mara tal-Baruni u wliedu kien kien jasal biex ilissen id-dagha. 

Il-Baruni uza din il-laqgha biex jistieden lil Alfons halli jilbes midalja tal-Madonna Mirakoluza u jghid talba qasira miktuba minn San Bernard. Hawn Alfons talbu biex ma jkomplix b'dawn il-hmerijiet. Intela' b'qilla kbira ghax l-isem ta' San Bernard fakkru f'huh il-qassis li kien kiteb il-hajja ta' dan il-qaddis. Ghalih huh kien traditur. Fuq insistenza tal-Baruni, Alfons ceda. Fil-jiem ta' wara l-Baruni kompla jdawru ma' Ruma u kien jinqeda b'dawk l-okazzjonijiet biex jahdem il-konverzjoni ta' Alfons. 

Il-Baruni f'hin minnhom qallu: " Jiena konvint li tikkonverti....anzi l-Mulej jasal biex jibghat l-anglu tieghu mis-sema biex jilqghek fi hdanu." 

U Alfons wiegbu b'dahqa f'fommu: " Aktar ma jkun malajr aktar ahjar, ghax imbaghad ikun aktar difficli." 

Imma l-Baruni mhux qed isserah mohhu fuq l-isforzi tieghu biex Alfons jikkonverti. Qed jitlob hafna u hafna flimkien ma' hbiebu, li fosthom kien hemm Comte de la Ferronays, ex diplomatiku li ghalkemm darba kien anti kattoliku issa sar nisrani ferventi. Il-mewt hasdet ghal-gharrieda lil de la Ferronays. U hawn tista' tghid li bdiet il-konverzjoni ta' Alfons Ratisbonne. 

Fil-lejl ta' 19-20 ta' Jannar Alfons iddecida li jhalli Ruma l-ghada. F'nofs ta' lejl huwa jqumu u f'tarf is-sodda tieghu jilmah Kurcifiss kbir. Ipprova jkecci din id-dehra minn quddiemu izda jitfa' fejn jitfa' harstu jilmah din id-dehra. Wara hafna tahbit jhossu ghajjien u jintilef fin-nghas. Meta jqum jahseb biex jsellem lil shabu u fit-trieq jiltaqa' ma Gustave il-habib tieghu protestant. Diskorshom waqa' fuq ic-ceremonja tat-tberik ta' l-annimali mill-Papa gewwa San Pietru. "Inhallikom tahsbu x'ghadda bejn Lhudi u Protestant," jistqarr hafna wara Alfons. 

Fi triqtu jiltaqa ma hbieb ohra, u jsellmilhom. Ftit wara jhabbat wiccu mal-Baruni fil-karozzella sejjer ghamel l-ahhar arrangamenti ghall-funeral ta' habibu de la Ferronays. Il-Baruni jistiednu biex jirkeb mieghu, izda talbu jistennieh sakemm jidhol gewwa il-knisja ta' Sant Andrija delle Fratte biex jaghmel dik il-qadja. 

Imma mahkum mill-kurzita' Alfons jinzel mill-karrozzella u jidhol fil-knisja. Kienet fqira, kerha u vojta mill-arti u arkitettura. Alfons isib ruhu wahdu. Minnufih deher kelb kbir iswed jdur madwaru imma f'daqqa wahda il-kelb jghib u dawl kbir jiddi minn kappella tal-gemb, maghrufa bhala l-kappella ta' l-Arkangli. 

Jersaq lejn dan id-dawl u Alfons jilmah lil Marija Ssma, il-mara ta' majesta', twila u sabiha. Xtaq jgholli ghajnejh biex jaraha sewwa izda ma setghax. Id-dehra taghha kienet tixbah lix-xbiha tal-Medalja mirakuluza. B'idejha tatu sinjal biex jersaq lejha u dak il-hin messitu l-grazzja t'Alla. Fehem l-istat tal-hazzen tieghu u l-imhabba t'Alla. Kienu ftit mumenti, izda li biddlu lil Alfons minn fuq ghal isfel. 

Meta wasal il-Baruni ma ra lil Alfons imkien. Fl-ahhar rah gharkubtejh fil-kappella ta' l-Arkangli. Taptaplu darba, tnejn fuq spallejh u Alfons ma wegibx. Fl-ahhar qam u il-Baruni lemah wicc Alfons jghum fid-dmugh filwaqt li Alfons qallu: "Kemm talab ghalija dak is-sinjur!" 

Hadd ma kien qallu li de la Ferronays kien qed jitlob ghalih. Il-Baruni baqa' mistghageb u f'qalbu fehem li gie svelat kollox lil habibu fid-dehra li kellu. Xi hin wara Alfons talab lil Baruni biex iressqu ghand konfessur ghax xtaq iqerr u anke jircievi l-Maghmudija. 

"X'garalek?" saqsieh il-Baruni. 

"Nista' nghid biss lis-sacerdot," wiegbu Alfons. Il-Baruni hadu ghand Pere de Villefort u t-tnejn semghu r-rakkont ta' Alfons u dak li ghadda minnu. " Ma fethitx fommha, izda jiena fhimt dak kollu li riedet tghidli.

"Hdax-il jum wara Alfons tghammed fil-Knisja ta' Gesu' gewwa Ruma. Il-konverzjoni tieghu qanqlet kurzita' kbira ghax hu kien gej minn familja maghrufa fl-Ewropa. Tghammed u ircieva l-Ewkaristija kif ukoll il-Grizma ta' l-Isqof. 

Ix-xahar ta' wara l-awtorita' tal-knisja tinvestiga c-cirkustanzi tal-konversjoni tieghu u tikkonkludi li l-intervent divin kien il-kawza li Alfons Ratisbonne isir kattoliku. Ir-rapport jishaq ukoll l-effikacja tal-Medalja Mirakoluza. Id-devozzjoni taghha bdiet tinxtered..... u tinxtered..... 

F'Lulju ta' wara, Alfons dahal mal-Gizwiti. Maghhom ghadda ghaxar snin biex imbaghad bil-permess tal-Papa telaq halli jghin lil huh Theodor iwaqqaf il-kongregazzjoni tas-Sinjura ta' Sijon, dedikata ghall-konverzjoni tal-Lhud. Alfons kompla jghaddi il-bqija ta' hajtu bhala qassis qaddis, jahdem fost il-Lhud u l-Arab fl-Art Imqaddsa. Waqqaf orfanatrofji u skejjel ghat-tfal il-fqar, bena l-knisja ta' l-Ecce Home u ghex hajja ta' qdusija liema bhala. Huwa miet f'Ain Karem, lok maghruf ghall-Visitazzjoni ta' Marija lil Elizabetta. 
 
(Referenzi:L-istqarrijiet ta' Ratisbonne nnifsu, l-istqarrijiet tal-Baruni, il-ktieb ta' Fr Rene Laurentin - Marija Tidher lil Alfons Ratisbonne.)

Make a free website with Yola