jesusandmary

 

 IMQADDSA MARIJA............ITLOB GHALINA

 

 Marija ismek ghandu hafna tifsiriet. L-ewwel hsieb li jigina f'mohhna hu li inti Sinjura. Bhala Omm Alla inti l-aktar hlieqa li ghandek setgha fis-sema fl-art u kullimkien, wara dik t'Alla. Dak li jriegi d-dinja huwa Ibnek. Huwa gholliek fuq kull hlieqa. Jiena nwieghdek is-sottomissjoni tieghi O Marija bhala is-Sinjura u r-Regina tieghi. Hallini nservi lilek bhala l-iben devot tieghek u s-sudditu umli tieghek. Marija, inti tixbah lil kewba tal-bahar. Hekk kif il-kewba tarmi dawl minghajr ma titlef xejn mill-kwalita' taghha, hekk ukoll inti, il-vergni l-aktar safja nissilt lil Ibnek minghajr ma tlift il-vergnita' tieghek. Il-bniedem li jbahhar jitfa' harstu fuq il-kwiekeb biex jiggwidawh fil-vjagg tieghu. Kun inti l-kewba gwida f'hajti sabiex bil-ghajnuna tieghek jiena nahrab id-dnub u nasal fil-port tas-salvazzjoni.

Inti tixbah lill- bahar fil-profondita' u l-kobor tieghu. Hajtek fuq l-art kienet bahar ta' dulur. Liema qsim il-qalb garrbet Marija meta semghet lill-profeta Simeuni fit-tempju jhabbarlek: : "U sejf ta' dulur jinfed ir-ruh tieghek." Liema tbatija ghaddejt minnha meta flimkien ma ibnek tarbija u Guzeppi hrabtu lejn l-Egittu biex tehilsu mill-qilla ta' Erodi, meta tlift lil Ibnek u ghal-tlett ijiem shah qaghadt tfittxu sa ma fl-ahhar sibtu fit-tempju f'Gerusalemm.

U kemm garrabt sofferenzi meta rajt il Ibnek insolentat, u kkundannat ghall-kiefra mewt tas-salib. Min jista jghid x'niket sofrejt meta Guzeppi D'Armateja u Nikodemu nizzluh minn fuq is-salib u tawhulek fi hdanek. Ghinni biex jiena ngarrab bir-rassenjazzjoni dak kollu li Alla jghogbu jibghatli, ghaliex Hu biss jaf x'inhu tajjeb ghalija, Huwa jhobbni b'imhabba infinita.

Marija, ismek hu sabih tant li l-angli jifirhu fis-sema u uliedek hawn fuq l-art qatt ma jixbhu jitkellmu fuqek u mieghek. Ismek hu ta' farag ghall-morda, konfort ghall-dawk li tilfu kull kuragg, sahha ghal dawk li qed jikkumbattu t-tentazzjoni, paci ghal-agonizzanti, ferh ta' kull hlejqa. Wara l-isem helu ta' Gesu' ma hemmx isem iehor hekk ghaziz ghalina. Marija, hallini nlissen l-isem qaddis tieghek kull mument tal-jum, l-aktar waqt il-hin tat-tigrib. Ismek hu rahan ghall-hajja ta' dejjem. Int ieqaf mieghi fil-bzonn tieghi u jiena nohrog rebbieh.

Make a free website with Yola