jesusandmary

 

 IR-RUZARJU

Ir-Ruzarju huwa talba li x'aktarx kellha l-bidu taghha fi zmien il-krucjati fl-Art Mqaddsa. L-oggett li bih ninqdew biex nirrecitaw din it-talba hija l-kuruna li ghandha origini antik hafna. Fil-kunventi medjovali l-ahwa lajci, iddispensati milli jghidu s-salterju minhabba li ma kienux familjari mal-latin, kienu jghidu minflok it-talba tal-Missierna u biex wiehed ikun jaf f'liema ghadd wasal San Beda ssuggerixxa l-uzu ta' kullana maghmulha minn zerrigha tal-qamh imdomma flimkien bi spaga. Aktar tard jinghad li Marija Ssma dehret lil San Duminku u ndikatlu li t-talba tar-Ruzarju hija mezz effikaci biex tinrebah l-erezija ta' l-albigesi.

Hekk twieldet id-devozzjoni lejn il-kuruna tar-Ruzarju li tfisser girlanda ta' ward offerta lil Marija Ssma, Omm Gesu' u taghna. Promoturi ta' din id-devozzji huma d-Dumnikani. Kien il-Papa Dumnikan Piju V li nkorraggixxa u rrakomanda ufficjalment ir-recita tar-Ruzarju, li fi ftit zmien saret it-talba popolari nisranija. Tip ta' talba li l-poplu kien jirrecita lejn tmiem il-jum qabel jorqod.

Sa ftit tas-snin ilu r-Ruzarju kienet devozzjoni ankrata wisq fil-fond fil-familja, imma l-lum nistghu nghidu li dan ghadu fis-sehh? Wisq nibza' li dan mhux il-kaz, l-aktar fost iz-zaghzagh li hafna minnhom warrbu fil-gemb din l-ghajnuna spiritwali materna.

Ic-celebrazzjoni ta' din il-festa giet imwaqqfa mill-Papa Piju V biex tfakkar ir-rebha ta' l-insara kontra il-Mislem fis-7 ta' Ottubru 1571. Dak il-jum habat il-Hadd. Fis-sena 1716 din il-festa giet estiza ghall-knisja kollha. Kien il-Papa Piju X li fis-sena 1913 rega kkonfermaha u sejhilha l-festa tar-Ruzarju Mqaddes (Fil-bidu din il-festa kienet maghrufa bhala Santa Marija tar-Rebha). Kien isem adattat hafna ghax zgur li Marija ggibilna r-rebha fuq il-problemi kollha taghna kemm dawk spiritwali, kif ukoll dawk materjali.

Bizzejjed nghidu dan: Jista' jkun li inti li bid-devozzjoni ttenni ghal hamsin darba lil Marija Ssma, "itlob ghalina midimbin, issa u fis-siegha tal-mewt taghna" din l-Omm taghna tas-sema tabbandunak f'dak il-mument l-aktar importanti ta' hajtek?

Wiegeb inti fis-skiet ta' qalbek.

 

Make a free website with Yola