jesusandmary

 

 IS-SINJURA TA' FATIMA

 Iz-zmien hu Mejju 1917. Id-dinja kienet tinsab f'herba kbira minhabba l-Ewwel Gwerra Dinjija . Il-Papa ta' dak iz-zmien, Benedittu XV kien iheggeg il kulhadd sabiex jitlob ghal-paci. Gewwa Fatima, qrib Lisbona fil-Portugall tlett it-tfal. Lucija, ta' 11 sena, Gjacinta ta' 7 snin u Frangisku, huha ta' 9 snin kienu qed jirghaw il-merhliet taghhom. Ghall-habta ta' nofs in-nhar meta spicca jghidu r-Ruzarju raw lehha ta' berqa usenghu raghad ikarwat li bezzaghhom mhux ftit ghax is-sema kien wiehed safi. Saqu n-nghag taghhom lejn il-kenn.

Ftit wara lemhu Sinjura sabiha li kienet imwiezna fuq balluta tal-lici. Liebsa bajda u tlellex b'dawl tas-sena hija wiegbet lit-tfal li kienet gejja mis-sema, meta dawn staqsewha minn fejn kienet. Is-Sinjura talbet lit-tfal biex darba fix-xahar, għal sitt xhur wara xulxin, imorru f'dak l-istess post. Waqt id-dehra it-tfal talbuha xi taghrif fosthom jekk il-gwerra kienitx waslet fi tmiemha jew jekk kienux ser imorru l-genna. Ghal-ewwel mistoqsija, is-Sinjura wegbithom li ma setghetx tghidilhom xejn hlief li huma kellhom ibatu, imma dwar it-tieni wahda weghidthom li kien ser isalvaw jekk jghidu hafna r-Ruzarju. Wara nofsinhar, fi triqthom lejn id-dar, ftiehmu bejniethom li ma jgħidu lil ħadd b'dak li kienu raw. Iżda meta waslu d-dar Ġaċinta, u mbagħad Franġisku, qalu lil ommhom. Meta ommhom qalet bil-biċċa lil omm Luċija, iż-żewġ nisa bdew jeħduha magħha u jgħidulha ma tivvintax iżjed gideb. Imma Luċija baqgħet tinsisti: ``Mama'', tassew li rajna sinjura sabiħa.'' Omm Luċija ma tatx permess lil bintha biex tarġa' żżur il-post tad-dehra. Iżda meta t-13 ta' Ġunju wasal qalb l-omm irtabet u ħallietha tmur.

 Waqt it-tieni dehra taghha l-Madonna tablet lit-tlett itfal biex jghidu r-Ruzarju, kuljum u ordnat lil Lucija biex titghallem taqra. Ghalkemm Marija qaltilhom li Frangisku u Gjacinta kellhom fi zmien qasir jmorru jgawdu l-premju etern, Lucija kellha tibqa' fid-dinja ghal zmien twil ghax permezz taghha Hija riedet ixerred id-devozzjoni lejn il-Qalb bla Tebgha Taghha fost l-insara. Ghat-tielet dehra taghha hafna kienu dawk li marru f'Cova da Ira, minn biex jara b'ghajnejh stess dak li kien qed jigri u min biex jiddiehaq b'dak li kien qed isehh. Marija Ssma ghal darb'ohra talbitha biex jghidu r-Ruzarju ghall-paci u l-konverzjoni tal-midimbin u ghat-talba ta' Lucija biex il-Madonna taghmel xi miraklu halli n-nies jemmnu, wegbitha li xi morda kellhom ifiequ. Ħafna nies mill-folla talbu lit-tfal igħidulhom x'kienu raw u semgħu.

 Iżda ħadd mit-tfal ma ried jitkellem għax is-Sinjura kienet talbithom biex ma jgħidu xejn minn dak li kienet qaltilhom għax kien għad mhux il-waqt. Il-Madonna wriethom l-infern, il-lok ta' fjammi eterni ghal dawk li jmut fid-dnub. Luċija, missierha w zijuha ssejħu fl-uffiċċju tas-sindku u dan ordna lil Luċija biex twaqqaf il-qerq tagħha. Iżda Luċija qaltlu: `Jien ma jiena nqarraq b'ħadd. Ma ngħid xejn ħlief dak li qaltli s-Sinjura' Madwar 20,000 ruħ kienu nġabru fil-Cova fit-13 t'Awissu, minkejja l-ordni tas-Sindku. Iżda b'għaġeb ta' kulħadd it-tfal ma dehrux. Missier Luċija ma damx ma tarrfilhom għaliex, Is-Sindku kien daħħal it-tfal f'nasba. Għamel tabirruħu ser iwassalhom fil-Cova bil-karettun tiegħu, u minflok ħadhom f'daru u qafilhom hemm.

 Fil-Cova, għall-ħabta ta' nofsinhar, instemgħet ragħda. Sħaba bajda niżlet għal ftit waqtiet fuq il-balluta, u mbagħad reġgħet għebet bil-mod il-mod. Il-folla fehmet li s-Sinjura kienet ġiet u reġgħet marret. Kienu t-tfal li ma żammewx l-appuntament. Sadattant is-Sindku, imgħaddab għall-aħħar, kien qiegħed jitmasħan mat-tfal, jipprova b'ħiltu li jġegħilhom jiċħdu d-dehriet tal-Madonna u s-sigriet li kienet qaltilhom. F'telfa kbira ta' rabja s-Sindku lagħab l-aħħar karta. Beda jhedded lit-tfal li jgħaddashom fiż-żejt jagħli. Iżda t-tlitt itfal xorta waħda ma biddlux fehmithom. Sa fl-aħħar is-Sindku qata' jiesu u ħelishom. Ftit jiem wara, fid-19 t'Awissu, is-Sinjura reġgħet dehret lit-tfal u qaltilhom biex jerġgħu jkunu hemm fit-13 tax-xahar ta' wara. `Għidu r-Rużarju kuljum, u fit-13 t'Ottubru jien nagħmel miraklu kbir ħalli kulħadd jemmen.' L-eluf li kienu hemm waqt id-dehra t'Awissu malajr xerrdu l-aħbar, u meta wasal it-13 ta' Settembru l-folla ħerqana kienet wisq ikbar. Il-morda bdew jitolbu lit-tfal biex jinterċedu għalihom. U kienu ħafna l-morda li ġew minn kull rokna tal-Portugall bit-tama tal-fejqan mirakoluż. Xi wħud kienet wiegħdet il-Madonna, kellhom ifiequ mill-mard tagħhom. Hekk kif beda joqrob nofsinhar il-folla fuq ix-xwiek. Globu ta' dawl jiddi deher ġej mis-sema.

 Sħaba bajda silġ dawret lit-tfal. `Is-Sinjura tinsab hawn!' għajjtet Luċija. `Qiegħda naraha!' F'din id-dehra ħafna minn dawk li kienu preżenti raw bħal raxxa petali żgħar bojod niżlin mis-sema. Imma dawn għebu hekk kif messew ma' l-art. Il-Madonna qalet lit-tfal biex jissoktaw igħidu r-Rużarju għall-paċi. Luċija talbitha għall-morda li kienu hemm. Il-Madonna wiegħdet li xi wħud minnhom kellhom igħaddu għall-aħjar. L-oħrajn, żiedet tgħid, il-fejqan ma kienx ikunilhom ta' ġid għal ruħhom. Luċija qalet lill-Madonna li n-nies kienu qegħdin igħajru lilha u lit-tnejn l-oħra giddibin. Is-Sinjura tenniet il-wegħda tagħha li f'Ottubru tagħmel miraklu li jġiegħel lil kulħadd jemmen. Imbagħad, taħt għajnejn it-tfal, għebet bil-mod fis-sema. L-aħbar li kellu jseħħ miraklu ġriet b'ħeffa tal-għaġeb. L-Isqof tad-djoċesi tkellem il-biċċa mal-qassisin tiegħu. Il-ġurnali kienu qegħdin jakkużawhom b'aġitazzjoni qarrieqa tal-poplu. Il-qassisin bdew jibżgħu li r-Reliġjon Kattolika kienet ser tiġi redikolata.

 Fil-għodwa tat-13 t'Ottubru omm Luċija qajmitha għall-quddies kmieni, għax kienet qed tibża' li jekk il-miraklu ma jseħħx il-folol kienu joqtluha. Imma Luċija żgura li s-Sinjura żżomm kelmitha. Kienet ix-xita. Eluf kienu ilhom il-lejl kollu jterrqu lejn Fatima, jieqfu jistkennu ftit kull fejn isibu rdoss. Xmajjar ta' nies kienu jidhru resqin lejn il-Cova da Iria. It-tfal stagħġbu mhux ftit meta f'dik il-għodwa waslu fil-Cova u sabu miġbura folla ta' iktar minn 70,000 ruħ. Kien għalihom kważi impossibbli li jaslu fejn il-balluta. It-tfal kienu għarkubbtejhom jitolbu meta qassis li kien qrib staqsa lil Luċija x'ħin kienet ġejja s-Sinjura. Qalilha wkoll li nofsinhar kien diġa' daqq. Kulħadd kien jistenna fi skiet l-aktar profound. Is-Sinjura dehret fil-Cova għall-aħħar darba. Lil Luċija qaltilha:`Jiena l-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Irrid li hawnhekk tinbena kappella għall-gieħ tiegħi. Il-gwerra issa għoddha ntemmet. Għidu r-Rużarju.' Hija fetħet idejha u bdiet tielgħa ‘l fuq bil-mod, lejn is-sema

. Imbagħad beda jleħħ il-beraq u sħaba bajda għattiet il-balluta. `Inżlu għarkubbtejkom,' għajtet Luċija, `Is-Sinjura reġgħet ġejja.' Imbagħad ix-xemx ġibdet ħarset in-nies. Ix-xita kienet waqfet, is-sħab infetaħ beraħ. Ix-xemx bidet tagħqad bħal rota ġganteska. Ir-raġġi tagħha bdew jarmu sħana tal-biża' u jdawlu s-sema b'dija tal-għaġeb. Imbagħad dehret tinxteħet ‘l isfel lejn l-art. Din id-dehra damet għaxar minuti. Matulhom it-tfal lemħu fix-xemx dehriet tas-Sagra Familja, id-Duluri w il-Madonna tal-Karmnu. Fl-istess waqt il-folla nhakmet minn paniku kbir li dam sakemm ix-xemx reġgħet lura għall-post normali tagħha fis-sema.Ma kien fadal ebda ħjiel tax-xita li kienet ilha nieżla minn bil-lejl. L-entużjażmu tal-folla kien bla tarf. Ġaċinta kienet twerwret u xi ħadd mill-folla kien warrabha f'ġenb u ħa ħsiebha. Imma lil Luċija ma messithiex l-istess xorti tajba. In-nies bdew jiffullaw fuqha u jġebbdu fiha. Qattgħulha l-velu ta' rasha u għamlulha ħwejjiġha trietaq. Kulħadd ried jieħu tifkira....Qatgħulha saħansitra troffi minn xagħarha! Minn dak in-nhar, it-13 t'Ottubru 1917, il-messaġġ ta' Fatima xtered mad-dinja kollha. Id-drawwa tar-Rużarju fil-familja saret tradizzjoni. Id-devozzjoni lejn il-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija waslet għal ħafna konverżjonijiet

Make a free website with Yola