L-ISEM HELU TA' MARIJA
Hekk jikteb Sant'Antin minn Padova fuq Marija Ssma, Omm Alla: " O isem helu ta' Marija, ferh tal-qalb, hlewwa fuq l-fomm u melodija sabiha lill-widna tal-klienti devoti." (1231). Il-festa tal-isem imqaddes ta' Marija twaqqfet fis-sena 1513 minn Papa Gulju II fid-djocesi ta' Cuenta fi Spanja u kienet tigi celebrata fil-15 ta' Settembru, l-ottava tat-twelid ta' Marija. Bir-riforma tal-Brevjar Papa Piju V nehhieha, imma giet mill-gdid imwaqqfa minn Sisitu V, is-successur tieghu, li pero' ried li tkun celebrate fis-17 ta' Settembru. Minn dak in-nhar il-festa xterdet ma' l-arcidjocesi ta' Toledo (1622), eventwalment fi Spanja kollha u fir-Renju ta' Napli (1671). Ghalkemm f'dan iz-zmien il-festa kienet ristretta ghal dawn il-pajjizi, din bdiet tinxtered fost il-hafna ordnijiet bil-permess tal-knisja sakemm fl-ahhar kellha gharfien universali u bdiet tkun celebrata madwar id-dinja kollha. Dan kollu sehh ghar-rebha li saret mill-qawwiet insara meta t-torok kien qeghdin jahbtu ghal Awstrija. . F'ittra li baghat lill-Papa, Sobieski li kellu parti mportanti fir-rebhagabar din il-vittorja f'dawn it-tlett kelmiet: Veni, vidi, Deus vicit -----"Jiena gejt, jiena rajt, Alla rebah. Il-Papa Innocent Xi biex jaghti unur lil Alla u lill-Vergni Mbierka ghas-sehem taghha biex l-Awstrja ma' taqax f'idejn il-mislem, estenda il-festa ta' l-Isem Imqaddes ta' Marija fid-dinja kollha. Pero' fis-sena 1914 il-Papa Piju X iddekrieta li din tkun imharsa fit-12 ta' Settembru, l-jum tar-rebha San Sidor minn Sevilja jghidilna li l-isem ta' Marija jfisser dawl ghaliex hija gabet fid-dinja d-Dawl tad-dinja. San Bernard iqabbel dan l-isem ta' Marija mal-Kewba tal-Bahar u dan it-titlu joqghodilha perfettament. Hekk kif il-bahhar jaghzlu bhala gwida taghhom l-istilla ocejana biex jaslu fil-port mixtieq, hekk ukoll in-nisrani ghandu jkollu u jaghzel lil Marija bhal gwida li tmexxina lejn is-sema pajjizna. Ikompli fuq din it-tifsira huwa San Bonaventura li jinterpreta li Marija hija bahar morr ghax-xitan, kewba tal-bahar ghall-bniedem, Dawl kbir ghal angli u Sinjura tal-hlejjaq kollha. Meta fil-holqien Alla gabar l-ilmijiet kollha u sejhilhom bahar hekk Huwa gabar il-grazzji tieghu kollha flimkien u sejhilhom Marija. Hija t-tezoriera tal-grazzji u funtana ta' ghajnuniet li minnhom il-bnedmin kollha jixorbu u jsiru sinjuri. Is-shana tal-qdusija taghha tiddi fl-imhuh tal-bnedmin u theggighom ghall-virtu u l-qerda tal-vizzju. San Bernard, il-mahbub tal-Madonna jikteb limeta inti ssib ruhek mitfugh ‘l hawn u ‘l hemm bil-qilla tat-tempesta tal-hajja, itfa' harstek ‘l quddiem u ffishom lejn dik il-Kewba biex tevita d-disastru. Meta l-irjihat tat-tentazzjoni u t-tribulazzjonijiet jhedduk hares lejn il-Kewba, imsejha MARIJA. Ahna nsellmu lil Marija bhala s-Sinjura taghna li ghaliha Kristu l-Iben t'Alla ssottometta ruhu ghal xi zmien meta kien ghadu jghix maghha u ma' San Guzepp. X'haga ta' l-ghageb meta wiehed jahseb fuq is-sottomissjoni ta' Gesu' lejn Ommu u fuq id-dinjita' li Alla taha bhala Omm tieghu. It-tnejn huma maravilja. San Girolmu fl-ewwel omelija tieghu Missus Est jghidilna li meta Alla jobdi mara din hi umilta' minghajr precedent. Meta mara tikkmanda lil Alla taghha hija haga wisq u wisq sublimi ‘l fuq minn kull hsieb. San Pietru Krisologu jikteb li l-isem ta' Marija huwa isem ta' salvazzjoni ghal dawk li jejhulha bl-ispirtu u bil-verita. Bniedem li jixtieq jimxi wara Kristu u madankollu jichad lil dik l-Omm li tana Kristu fuq il-Kalvarju qed jidhaq bih innifsu. Fl-evangelju s-Sinjura taghna Marija giet ipprezentata bhala Avukata u Medjatrici (fil-Vizitazzjoni u fit-Tieg ta' Kana) u bhala Omm Spiritwali taghna (fuq il-Kalvarju). Ma' Alla ma hemmx teatrini jew hwejjeg vojta u bla sens u ghaldaqstant wiehed jifhem ir-relazzjoni li hemm bejn il-hidma ta' Marija u l-hajja tar-ruh taghna. Kien ghal gid tar-ruh taghna li Alla baghat lil Iben tieghu: "Hekk Alla habb lid-dinja li ta lil Iben Unigenitu tieghu sabiex min jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta' dejjem." Giovanni 3: 16 Il-Vergni Mbierka hija rigal Divin imholli lill-Knisja minn Binha qed imut fuq salib. U isimha? Isimha isir u jfisser aktar minn isem. Huwa sinjal ta' l-Imhabba tal-Mulej Gesu' ghalina. Huwa talba ghal min isejhilha. |