MARIJA SSMA TKELLIMNA……… ftit hsibijiet ghall-festa ta’ Marija, Omm Gesu’ (1 ta’ jannar) Jiena Ommkom, Medjatrici tal-Grazzji kollha, ghajnuna dejjiema ghal gheziez uliedi. L-ghajnejn tal-hniena tieghi huma mdawra fuqkom, qalbi miftuha ghalikom, idejja mghollija f’talba kontinwa ghalikom biex inxerred il-barka tieghi abbundanti fuqkom u fuq dawk kollha li jitolbuni. Irridkom li tixbhuni spiritwalment bhalma Gesu’ Ibni kien jixbahni fisikament. Meta jiena nhares lejkom irrid li nara l-Qalb Immakulata tieghi riflessa fil-qalb taghkom. Meta intom tikkonsagraw ruhkom lili t-transformazzjoni taghkom tkun bdiet. Ibni tani s-setgha fuq il-qalb taghkom biex nippurifikaha u nqaddisha u b’hekk tkunu denji li tidhlu fit-tgawdija eterna. Bir-ragun issejhuli Porta Coeli, Bieb tas-Sema, fejn Ibni kontinwament joffri lilu niffsu bhala Vittma ta’ tpattija u tifhir lill-Missieru. Halluni nkun tassew ghalikom il-Bieb tas-Sema. Ejjew ghandi kull cans li jkollkom. Itlobu bir-Ruzarju. Jiena nberikom u lil dawk kollha li tkun tlabtu ghalihom. Jiena nhobbkom b’imhabba ta’ omm. Meta titbieghdu minn Ibni, jiena naqa’ f’niket kbir u l-unika xewqa tieghi hu li nghollikom mit-tajn tad-dnub, infejjaqkom mill-feriti tad-dnub u nara li tergghu ssiru hbieb ma’ Ibni bil-grazzja tieghu. Jiena dejjem fostkom u nisma’ talbkom meta issejhuli. Jiena niftah idejja u nitfa’ bosta u bosta grazzji fuqkom u fuq dawk l-erwieh li intom titolbuni ghalihom. Jiena hafifa li nintercedi ghalikom u nfejjaqkom mill-griehi ta’ hajja hazina, basta intom turu fiducja fija. Jiena mhux ‘l boghod minnkom. Il-qalb materna tieghi titqanqal bil-moghdrija lejn uliedi. Jiena Omm il-Hniena, Mater Misericordia. Hekk tkantali l-Knisja. Hallu lill-midimba jersqu lejja, jigu ghandi; jiena qatt ma ser nabbandunhom. Fil-Qalb Immakulata tieghi certament li ser isibu r-refugju u qatt ma niddizappunthom. Intom bhala uliedi pperseveraw fit-talb , l-aktar permezz tar-Ruzarju. Ir-Ruzarju huwa l-arma li thariskom mill-ghadu spiritwali u temporali taghkom. Ix-xitan jibza’ hafna minnha. Biha tirbhulu zgur. Huwa forza kontra il-qawwiet tal-hazen. Itolbu bir-Ruzarju u hajru lil ohrajn jaghmlu l-istess. AFDAW FIJA BIEX IL-PJAN TA’ IBNI JSEHH. |