jesusandmary

 

 OMM U XEBBA............ITLOB GHALINA

 

Marija, il-mara mlibbsa bix-xemx. Kollha dawl u sbuhija ghax fiha ma ezista qatt id-dnub jew id-dell tieghu. Marija hija l-mara mlibbsa bix-xemx ghax fiha ghammar Gesu li hu x-xemx iniffsu ghal disa' xhur shah, fil-guf imqaddes taghha.

 Hija kienet Vergni qabel it-twelid ta' Kristu, hija Vergni fit-twelid ta' Kristu u hija Vergni wara t-twelid ta' Kristu. Il-mongramma fuq sider Marija hija xiehda ta' dan. Marija hija l-mera li permezz taghha tiddi l-grazzja u l-qawwa ta' l-Ispirtu Santu u tghaddiha lil umanita' fil-figura tax-xema tixghel.

Nitolbu lil Marija biex bil-ghajnuna taghha ahna ilkoll niehdu sehem minn dawn il-grazzji ghall-gid u l-fejqan ta' ruhna.

Inweghdu lil Marija li qabel immidu rasna fuq l-imhadda sabiex norqdu, insellmulha b'dawl it-tlett tislimiet: Vergni qabel it-twelid Omm Alla itlob ghalina...Sliema Vergni fit-twelid Omm Alla itlob ghalina.........Sliema Vergni wara it-twelid Omm Alla itlob ghalina.......Sliema.

Make a free website with Yola