jesusandmary

 

IMQADDSA OMM ALLA......itlob ghalina

Marija Inti Omm Alla ghax inti l-Omm ta' Gesu', il-veru Iben t'Alla. L-anglu Gabirjiel gharaf li inti Omm Alla meta qallek: " L-Ispirtu Santu jigi fuqek u l-qawwa ta l-Gholi tixhet id-dell taghha fuqek. U ghalhekk dak li jitwieled minnek jissejjah Bin Alla." (Luqa 1, 35) U Elizabetta sklamat: " U kif inhu dan ghalija li Omm is-Sinjur tigi ghandi? (Luqa 1, 43)

O Marija ghinni nkun ta' qalb helwa u umli sabiex nkun noghgob lil Alla li jgholli lic-ckejknin u jbaxxi lis-suppervi. Eqred minn go fija dak kollu li jimla lil qalbi bil-frughat ghax il-frugha ma thallinix nfittex lil Alla izda dak li hu tad-dinja.

Il-kobor tieghek jghaddi lil kobor tal-qaddisin kollha ghax fil-waqt li dawn huma l-qaddejja t'Alla, Inti inti Ommu. Minhabba f'hekk Inti qrib t'Alla hafna. Mhux ta' b'xejn il-generazzjonijiet kollha jsejhulek imbierka. (Luqa 1, 49)

Kuljum li jghaddi minn fuqi irrid nizzikhajr lil Alla ghal kemm ghamel grazzji mieghek u maghna bnedmin permezz tieghek.

Ghaliex inti Omm Gesu' jiena nersaq lejk u b'kunfidenza kbira nitolbok tintercedi ghalija quddiem Ibnek, perswaz lidan xejn ma jichad lil Ommu, bhalma ma cahadx dak li tlabtu fit-tieg ta' Kana. Jekk Gesu' jisma'l-intercessjonijiet tal-qaddejja tieghu, jista qatt jaghlaq widnejh ghal-intercessjonijiet tieghek? Jiena nemmen li Gesu' jiehu gost li Inti titolbu ghan-nom taghna biex jurina li jrid ikun generuz maghna ghall-imhabba li Huwa ghandu lejk bhala Omm tieghu. Inti tajtu l-umanita', inti hadt hsiebu hawn fid-dinja, issa huwa jroddlok lura dik l-imhabba li inti tajtu meta jisma' talbek ghan-nom taghna.

O Marija jiena nafda s-salvazzjoni tieghi u ta' huti l-bnedmin l-ohra fl-intercessjonijiet tieghek. Ghinni biex nsejjahlek kull hin tal-jum l-aktar meta nkun imhajjar nabbanduna lil Ibnek. Harisni bhala Omm tieghi biex jiena qatt ma nittradih.

Talba

O Alla li ridt li Ibnek isir bniedem fil-guf t' Ommok Marija Ssma bit-thabbira ta' l-anglu, aghmel li ahna li nemmnu li hija Omm Alla, nkunu mghejjuna bl-intercessjoni taghha, bi Kristu Sidna. Amen.
(FESTA 25 ta. MARZU)


Make a free website with Yola