jesusandmary

 

 

OMM TA' L-GHAGEB............ITLOB GHALINA
  
Kien San Frangisk minn Paula li fil-15 il-seklu waqqaf il-Monasteru tat-Trinita’ dei Monti.  Fis-sena 1828 il-monasterju kien ser jigi abbanduna.t Imma l-Papa Ljun XII wera’ x-xewqa li jinghata lill- kongregazzjoni tal-Qalb ta’ Gesu’.  U bil-grajja li sehhet fih sar post ta’ pellegrinaggi u devozzjoni, l-aktar lejn is-santwarju tal-Madonna maghrufa bhala Mater Admirabilis.

Tfajla Franciza li aktar tard segwit il-hajja religjuza mas-sorijiet tal-Qalb Imqaddsa talbet u nsistiet mal-Madre Coriolis, biex tpitter xbiha tal-Madonna gewwa nicca li kienet tinsab fil-kuritur.    Il-Madre ma tantx cediet mill-ewwel ghaliex waqt li kienet taf li Pauline Perdrau kellha t-talent ma kienet taf xejn fuq l-affreski.

Meta fl-ahhar qalet il-permess hija nxtehteh b’ruhha u gisimha fuq dan ix-xoghol.  Kienet tghaddi mas-sitta jew sebgha sighat tipprepara l-wicc tal-hajt u tpitter il-figura ta’ Marija. Meta spiccat mill-opra taghha, iz-zebgha thalliet tinxef wara purtiera.  Meta dehra li z-zebgha kienet nixfet, fethu l-puritera u hemm tfaccat ix-xbiha b’tant kuluri sbieh.  Pauline Perdrau hasbet li kien miraklu.

Fl-20 ta’ Ottubru, 1846 il-Papa Piju IX zar il-Monasterju tat-Trinita’ dei Monti.  Gietu kurzita jara x’kien hemm wara dik il-puritera u meta ressaqaha ra quddiem ghajnejh ix-xibha tant sabiha u devot ta’ Marija Ssma. Tant  impressjona ruhu li esklama: “Mater Admirabilis”, jigifieri “Omm ta’ l-ghageb. U dik il-pittura baqghet jisimha b’dak it-titlu sal-gurnata tal-lum.

Malajr xterdet il-kelma.  Miraklu bdew isiru bl-intercessjoni ta’ Marija Ssma mgharfua bhala l-Omm ta’ l-Ghageb. Father Blampain, missjunarju tal-kongregazzjoni tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija rega ha il-fakulta’ tal-kelma li hu kien tilef. Bosta pellegrini bdew jintefghu gharkubtejhom f’riglejn il-Madonna biex jitolbuha l-grazzji. Bosta kienu bdew hajja gdida permezz tal-konverzjoni.

Ix-xbiha turi lil Marija Ssma bhala zaghzugha bil-purezza u s-safa’  rapprezentati fil-figura tal-gilju abjad qed tipprepara ghall-missjoni gholja taghha. Il-hegga taghha biex taqdi dmirha fil-hajja ta’ kuljum hija murija bix-xoghol taghha fuq in-newl, filwaqt li l-ktieb fuq il-basket tal-hjata juri l-edukazzjoni taghha fit-talb. Hija l-Patruna ta’ dawk li qed ifittxu hajja aktar profonda spiritwali.

Originalment kienet maghrufa bhala l-Madonna tal-Gilju

Marija hija l-Omm tal-ghageb ghaliex Alla ghazilha ghall- hwejjeg kbar.  Ghazilha biex tkun Omm Ibnu, tkellem fuqha ma’ l-ewwel genituri taghna wara l-waqa’ taghhom fil-genna ta’ l-art meta tefa’ s-sahta tieghu fuq is-serp: “Jiena nnissel mibgheda bejnek u bejn mara, bejn nislek u nisilha u hija tghaffiglek rasek”. Alla habbrek sa minn sekli qabel twelidek u wriek bhala l-mara li flimkien ma’ Binha teqred il-qawwa tal-hazen.

Alla halqek ta’ l-ghageb ghaliex sa’ mill-bidu nett tal- tnissil tieghek, fik ma kienx jezisti la d-dnub originali u anqas ebda dell ta’ dnub. Inti mimlija bil-grazza sa mill-ewwel mument ta’ hajtek. Hekk sellimlek l-anglu Gabirjel : Mimlija bil-grazzja.

Inti mara ta’ l-ghageb ghaliex gibt fid-dinja lil Dak li l-art u s-sema ma jesghuhx, lil dak li hu mmortali u etern.  Inti l-omm ta’ min halqek

Il-kobor tieghek ikompli jidher meta filwaqt li sirt Omm Alla, Inti bqajt Vergni.

L-Ispirtu Santu gie jghammar fik bil-milja kollha tieghu biex inti tkun tabernaklu haj ta’ Kristu Gesu’. Dak ghamlu mieghek ghax inti l-Gharusa Immakulata tieghu.

Kemm inti ta’ l-ghageb O Marija x’hin il-bniedem jiftakar il-mirakli kbar li inti ghamilt mieghu f’bosta santwarji dedikati lilek, b’mod specjali gewwa Fatima u Lourdes.

Kompli ieqaf maghna , u urina l-hniena dejjiema tieghek ta’ omm.

Make a free website with Yola