jesusandmary

 

 MARIJA OMM IL-HNIENA

 Jum wiehed meta Alla kien qed jaghmel zjara tas-soltu il-genna, innota li xi whud ma kellhomx wicchom pur u kien qed jisthu li kienu fost dawk l-erwieh tant qaddisa. Bejn u bejn ruhu qal: "X’qed jigrilu San Pietru? Forsi l-eta’ qed taghmel bih? Hemm il-htiega li nwiddbu.” 

U minnu fih anglu tal-Mulej b’heffa kbira tar biex ifittex lil San Pietru li kien qieghed attent hdejn il-bieb tal-genna.” Gejt biex nissostitwik ghall-mument San Pietru ghaliex il-Mulej irid ikellmek.” 

San Pietru gera' ghal hdejh u anqas biss lahaq wasal b’nifsu maqtugh sema’ lil Mulej jghidlu: “Le. Le, dawn l-affarijiet hemm bzonn li ma jigrux aktar. Hallejt lil xi uhud mcappsin jidhlu gewwa dan il-post qaddis u pur.” 

“Qed tikkonfondini Mulej ghax jiena dejjem mal-bieb qisni gwardja u anke jekk jiena issa avvanzat fl-eta’ hadd ma jghaddi ghax inkun distratt. Eminni Mulej mhux hati ta’ dan. Zgur fuq li zgur li hadd ma jidhol gewwa l-genna jekk ma jkollux il-kredenzjali mehtiega.” 

“Ikkalma,” qallu Alla, “ forsi ma ahniex niftiehmu. Hares ‘l hemm tgharafhom dawk il-persuni?” 

“O twajjeb Alla tieghi,” qallu San Pietru, “ dawk qatt ma rajthom b’ghajnejja. Ma humiex imnizzlin fuq il-lista ta dawk li dahlu hawn gew u fuq kollox dawk ma jisthoqilhomx ikunu hawn. Jidher li xi hadd qed jaghmel il-kuntrabandu. U nweghdek Mulej li ma ndumx ma nsib il-hati ghaliex jiena ma irridx li nonqos minn dmiri u dan ix-xoghol ta’ ghassies tal-genna jghogbni hafna.” 

Biex jasal ghal pjan tieghu San Pietru ghalaq il-bibien kollha bic-cwievet, ra li ma kienx hemm xi passaggi mohbija li minnhom setghu jisgiccawlu xi erwieh . Qaghad ghassa mal-bieb principali b’seba’ ghajnejn. Izda kbir kien l-ghageb tieghu meta lemah erwieh li ma kienx jafhom, dehlin minghajr ma jaf minn fejn.  "Kif kienu qed jaghmlu biex jidhlu hemm meta hu jien cert  li kull dhul iehor hu imbarrat?", haseb bejn u bejn ruhu.
 
Baghat immedjatament ghal Alla u wrieh kemm kien hemm erwieh mohbija. Izda ma damx wisq ma induna b’dak li kien qed jigri. Barra is-swar tal-genna, huwa lemah dawk l-erwieh li baghat ‘l barra ghax ma kellhomx id-dokumenti xierqa biex jidhlu fil-genna. Dawn kienu kollha qed igergru u qalbhom kienet imdejqa ghal ahhar. Marija Ssma meta rat u semghet id-dwejjaq taghhom, ma setghetx tissaporti aktar is-sitwazzjoni fejn dawk l-erwieh kienu qed jitolbuha tintercedi ghalihom u hi tibqa’ b’idejha fuq zaqqha. Ghalhekk telghet fuq il-hitan tal-genna u ghenithom jaqbzuhom mal-lejl, hin li hi hasbet hadd ma kien qed jaraha. B’hekk San Pietru wera l-innocenza tieghu u qal lil Mulej: “Ghidilha xi haga!” Imma l-Mulej gharaf lil ommu Marija, mara, helwa u ta’ qalb hanina.”Pietru, ghaliex, inti taf kif inhi hi?

Fil-mumenti difficli afda f’idejn il-Madonna u hi ma tonqsok qatt.
 

Make a free website with Yola