jesusandmary

 IC-CITAZZJONI


Jack kien kaxxier ma' kumpannija li tbiegh l-ispare parts tal-karozzi. Kien dahhal kemxa gmielha dak inhar, imma meta gie biex iqabbel fl-ahhar tal-jum sab li kellu zball ta' mitejn ewro. "Imma kif jista' jkun dan? Dejjem noqghod attent x'nircievi u x'naghti. Ma hemmx x'taghmel ikolli noqghod anke wara l-hin tax-xoghol sakemm insib l-izball." U hekk gara. Hareg nofs siegha tard. Imma l-izball kien sabu. Kien kiteb xi figuri hziena, imma l-aqwa li sejjer seren biex jiltaqa' mal-famlja.

Biex igib talli telaq tard, ghafas xi ftit il-gass. Induna li kien miexi fi triq li tippermetti biss 50 kilometru fis-seigha filwaqt li huwa kien ghaddej bil-75 kilometru fis-siegha. Pulizija tat-traffiku qabdu fuq l-ispeed camera u f'tebqa t'ghajn gera' warajh u lahqu. Xeghel is-sirena biex tkun ta' sinjal li Jack kellu jieqaf.

Din hija r-raba darba li nqabad jikser ir-regola tat-traffiku, daqqa ghax halla wieqfa  il-vettura  fejn mhux suppost, daqqa ghax wiehed mill-fanali ma kienx jixghel, daqqa ghal haga u daqqa ghal ohra. Din id-darba minhabba is-sewqan eccessiv. Jack naqqas mill-giri u dahal mal-gemb tat-triq. Mill-mera Jack rah jinzel mill-karozza u mieghu jgib ktieb, filwaqt li avvicina lil Jack.

Lill-pulizija, Jack gharfu. Kien mill-istess inhawi tieghu u kemm-il darba pogga hdejh fil-knisja ghall-quddiesa tal-Hadd. "Pulizija nisrani jaghti citazzjoni lil wiehed cittandin mir-rahal tieghu li jattendi l-istess knisja," haseb Jack, filwaqt li f'qalbu ddisprezzah. " Bniedem li kien fuq ix-xwiek biex imur jiltaqa ma' martu u wliedu wara gurnata twila fl-ufficju. Bniedem li fi tmiem il-gimgha kellu jilghab loghba tennis mieghu. Tassew disgustanti." kompla fi hsibijietu Jack.

Jack ipprova jirranga s-sitwazzjoni. Hareg mill-karozza u resaq lejn Bob il-pulizija.

"Hi Bob. Ma tantx hi okkazzjoni sabieha li niltaqghu hekk."

Ebda tbissima jew kelma ta' hbiberija. "Hello, Jack," kienet it-tislima ta' Bob.

"Qbatni fil-fatt meta kont mghaggel biex immur id-dar niltaqa' ma' marti u wliedi."

"Iva, hekk nahseb," wiegbu Bob xott xott. "Tajjeb."

"Kelli hafna problemi u tahbit fl-ufficju dawn l-ahhar jiem. Nammetti li ghawwigt ftit ir-regoli din id-darba. Diane semmiet xi haga fuq l-ikel ghal filghaxija, taf inti, biex ma ndumx l-ufficju."

"Iva, iva naf xi trid tghid. U naf ukoll li ghandek reputazzjoni fir-rahal," wiegbu lura Bob minghajr ebda interess.

Il-pjan ta' Bob kien miexi hazin. Ried ibiddel it-tatika.

"X'uriet hazin l-ispeed camera."

"Li kont miexi bil-71 mil meta suppost li kont miexi bil-50. Issa idhol gewwa l-karozza."

"Hares Bob kun af li malli ndunajt naqqast"

"Jekk jghogbok Jack gol-karozza."

Jack ghamel dak li ordnalu Bob. Dahal bil-qieghda minghajr ma' fetah it-tieqa. Stenna lil Bob itektiklu fuq il-hgiega biex inizzilha u jaghtih ic-citazzjoni. Minn taht il-ghajn rah jikteb u jikteb. "Imma x'inhi din li ma talabnix il-licenzja tas-sewqan?" haseb Jack. "Zgur li jridu jghaddu bosta Hdud qabel nerga' noqghod hdejh fil-knisja."

Bob habbat fuq il-hgiega u Jack nizzilha zewg pulzieri kemm kemm tghaddi l-karta mitwija li newwilu Bob.

"Grazzi," tenna Bob. Bob mar lura lejn il-karrozza bla ma lissen kelma.

Jack rah mill-mera jsuq u jghib bhal ma kien gie. Ma riedx jammetti li zbalja.  Kien xi ftit mifxul u irrabjat tant li bi snienu ta' taht beda' jhokk xuftejh ta' fuq.  Fetah il-karta biex jara kemm kienet ser tiswielu ic-citazzjoni.

Hej, minuta. Din x'inhi? Xi cajta? Certament mhux citazzjoni. Jack beda' jaqra.

Ghaziz Jack,

Darba, jiena wkoll kelli tifla. Kellha biss sitt snin meta mietet b'disgrazzja ta' karrozza. Iva. Qtajt, sewwieq li kien qed iggerri bla hniena. Multa, tlett xhur habs u r-ragel kiseb il-helsien mill-gdid. Liberu li jmur u jghannaq lit-tlett ibniet uliedu.

Jiena kelli wahda u jkolli nistenna li jasal dak il-jum li nidhol il-genna biex inhaddanha mieghi ghal darb'ohra.

Elf darba ppruvajt nahfer lil dak ir-ragel u elf darba hsibt li rnexxili. Forsi iva, imma jkolli nerga' nipprova u nipprova. Anke issa. Itlob ghalija. Ibni kull ma fadalli.

Bob.

Jack irranga ruhu sewwa fuq is-seat, startja l-karrozza u saq lura d-dar bil-kwiet filwaqt li talab ghall-mahfra ghal l-izball meta qabez il-limiti tal-giri. Seta' kien gwaj ghal haddiehor. Meta wasal ghannaq lil martu u lil uliedu filwaqt  li haseb dak li qallu Bob il-pulizija.

Make a free website with Yola