jesusandmary

 IL-MILIED TA’ ANASTASJA


Ma hemm l-ebda dubju li t-tfal kollha jhobbu l-Milied. Izda Anastasja zgur li hija eccezjoni. Hutha  kienu jistennew li jasal dan iz-zmien izda mhux hi. Ir-raguni ta’ dan kienet li jum twelidha kien fil-25 ta’ Dicembru. U allura l-Milied kien ukoll jum twelidha. U hi kienet thoss li hi xi ftit jew wisq ittraskurata f ’jum twelidha.  Huwa veru li l-genituri taghha dejjem kienu jaghtuha dak ir-rigal zejjed biex ipatti ghal jum twelidha, barra dak tal-Milied u kienu jaghmluha il-kejk ta’ jum twelidha barra dak tal-Milied. Madankollu Anastasja kienet thossha mwarrba.

Kienet izomm kollox f’qalbha ghax x’seghtet taghmel fuq din il-problema; hadd ma seta’ isolvihielha. Kienet tifla ferrieha u ntelligenti fl-iskola u habiba kbira tas-soru ghalliema taghha. Imma hadd ma kien jaf bil-probelma taghha.

Meta Anastasja qorbot biex ikollha disa’ snin iddecdiet li tghid bil-problema taghha lil xi hadd.  Imma ghand minn taqbad tmur? Swor Margerita, l-ghalliema ta’ Anastasia ndunat bil-bidla li kienet ghaddejja minnha t-tfalja meta qorbot it-tieni gimgha ta’ Dicembru. Talbet lil Anastasja biex tibqa’ fil-klassi wara l-hin ta’ l-iskola ghax xtaqet tkellimha.

“Anastasja,” qaltiha Swor Margerita, “ qed narak li ghandek xi haga li qed igaghlek tbati? Trid tghidli x’ghandek?”

Ftit mumenti ta’ skiet u Anastasja infaqghet tikbi. “Swor Margerita, il-Milied huwa l-problema tieghi.”

“Il-Milied?,” stghagbet is-soru waqt li haddnitha maghha. “ Tixtieq xi rigal partikulari?”

“Le, sor. Minhabba… insomma ghax jum twelidi jahbat mal-Milied u …”

Xi hsibijiet bdew ghaddejjin minn mohh Swor Margerita….. forsi minhabba l-Milied il-familja kien aktar mohha fil-ferh ta’ dan il-jum milli biex jinghaqdu mal-ferh ta’ Anastasja.

Wara li ferrghet dak kollu li kien iddejjaqha Anastasja hassitha ahjar u qalet lis-Swor Margerita: “ Issa nhobbu l-Milied izda xtaqt li ma kienx jahbat ma’ jum twelidi.”

“Imma Anastasja inti qaghadt hsibt li l-Milied huwa wkoll jum twelid il-Messija?”

“Le, Din il-linja ta’ hsieb qatt ma ghaddietli minn mohhi.”

“U ghaliex le?”

“Ghax nahseb li kont xi ftit egoista. Ridt nahseb ghaliha biss.”

Meta rat l-onesta ta’ dik it-tifla, Swor Margerita talbet lill- Mulej biex jaghitha d-dawl halli taghraf kif tista’ tbiddel l-idea zbaljata fuq Milied. “Issa Anastasja ma tarax li jum twelidek huwa l-ahjar jum tas-sena ghax jahbat fl-istess jum tat-twelid ta’ Gesu’. Mhux haga sabiha din? Li kieku jum twelidi kien f’dan il-jum… kemm kont inkun kburija,” ikkonfortatha s-soru.

“Ghandek ragun. Kont belha li kont nahseb bil-maqlub. Ghandi ghax inhossni xxurtjatha,” qalitiha Anastasja kollha ferhana.

Marret lura d-dar mibdula u f’mohha fasslet pjan biex dak il-jum ikun Gesu li jircievi l-attenzjoni kollha.

Ftit jiem qabel il-festa daret fuq ommha u staqsietha: “ Nista’ ma, jkolliex il-kejk u r-rigal ta’ jum twelidi?”

“Ghaliex trid hekk?” staqsieha ommha.

“Hsibt li Gesu’ li f’dak il-jum ikollu jum twelidu, jiehu l-attenzjoni kollha. Hekk xieraq.”

“Haga mill-isbah, binti,” wegbitha ommha filwaqt li hassitha mqanqla mill-imhabba ta’ bintha lejn Gesu’.

“ U ma, kont qed nahseb jekk bil-flus tal-kejk u tar-rigal nistax nixtri l-fjuri ghall-Gesu Bambin biex noffrihomlu fl-istalla  tal-knisja?”

Meta rat kemm kienet deciza bintha, qalitha,” Daz-zgur. Halli nara. Kemm isarrfu. Ikollok ghaxar dollari.”

“Tajjeb, ma,” qalitiha Anastasja u harget tilghab ma’ hutha. Dak il-hin l-omm talbet lil Madonna biex izomm idejha fuqha u fuq hutha.



Make a free website with Yola