jesusandmary

 KONVERZJONI

 

Guzeppina romlot wara sena zwieg meta zewgha Gustav safa’ vittma tat-traffiku waqt il-qadi ta’ dmirijietu fuq ix-xoghol.  Kien qed jiehu l-qisien u l-livelli biex issir triq gdida meta vettura ghaddiet tigri u tajritu.  Is-sewwieq tal-vettura harab minn fuq il-post tad-disgrazzja izda ftit wara l-pulizija qabditu u xlietu bil-qtil ta’ Gustav. Sakemm wasal l-isptar Gustav miet u halla lil Guzeppina armla, b’tarbija ta’ xaharejn.

GUZEPPINA MAN-NEPUTIJA TAGHHA, GULJA

Guzeppina wrietha imhabba kbira lil bintha Katrina u rabbietha f’ghozza kbira.

Ghaddew is-snin u Katrina kibret u saret xbejba sabiha. Il-guvintur kollha bl-imhatra min ser jirnexxilu jiksibha ghalih,  izda x-xebba ta’ tmintax-il sena kienet mohh ir-rih u qatt ma riedet tintrabat ma hadd. Kull gimgha kien ikollha zaghzugh gdid ma min tohrog u tiddeverti sa tard bil-lejl.  Minkejja li ommha kienet twiddiba biex tbiddel hajjitha u tingabar fi zwieg ma xi hadd li thobb, Katrina dejjem qatitilha fil-qasir u kienet tghidilha li meta jasal iz-zmien tiddeciedi.

Il-kelma xterdet li Katrina trakkat ma’ Gulju ta’ kostumi xejn tajba. Ommha saret taf b’dan minghand il-girien u ghalkemm wissietha fuq li wissietha li Gulju ma kienx il-guvni addattat ghaliha, Katrina webbset rasha u kompliet ghaddejja bil-pjanijiet taghha.  Ftit tax-xhur wara izzewgitu, izda ma ghaddiex zmien wisq li Katrina ma bdietx idduq il-morr tal-hajja mizzewga. Il-karattru ta’ Gulju beda johrog aktar fil-ftuh. Jiggieled spiss ma’ martu fuq kull haga ta’ xejn.  Sab ruhu bla xoghol ghax inqabad jisraq mill-post fejn kien jahdem. Il-problemi ekonomici bdew jikbru aktar  u aktar kienu ser joktru meta Katrina twelled it-tarbija taghhom.  Gulju kien jippretendi li jibqa’ jghix ta’ guvni, johrog u jiddeverti ma’ shabu u lil martu iffitixha biss biex taghmilha ta’ seftura mieghu. Meta ma kienx isib flus biex johrog ma shabu, Gulju kien jerfa’ idejh fuq martu u meta ma kienx jitlobha flus biex jiddervti Katrina kienet tithasseb ghal ahhar ghax kienet tghid bejnha u bejn ruhha li Gulju jew imur jisraq jew jiddejjen biex ikollu il-flus.

Gulju iddejjaq b‘dan it-tqancic u fl-ahhar ghamel ftit tal-kuragg u ddecida li jaghmel serqa li ddum taghtih frott. Jum wiehed wara preparazzjoni bil-kif dahal ghand wahda anzjana u wara li rabatha fittixilha fil-kxaken kollha biex jara jsibx xi flus. Fil-kxaxen sab balla liri, tefaghhom fil-but u kien lest biex jitlaq meta f’daqqa sab fuqu l-pulizija li marru fuq il-post tas-serqa fuq informazzjoni li rcevew minghand il-girien.  Tela’ jigri fuq il-bejt bit-tama li jahrab. B’heffa liema bhala gera u qabez minn cint ghal iehor. U hekk kien ikompli jaghmel li kieku ma kienx ghal pulizja li fegget fuq il-bejt u sparat fl-ajru biex twissih.. Fil-fixla li hakmitu huwa hares lura biex iqis is-sitwazzjoni, izda sfortunatament ghamel pass fil-vojt u baqa’ niezel ghal isfel go bitha li kienet imsaqfa bil-hgieg. L-istragi kienet kbira u l-mewt zoptu.

Il-kalci tal-morr kien qares hafna ghal Katrina izda b’kuragg kbir iffaccjat il-hajja.  Kienu jghaddulha bosta hsibijiet fuq dak li kienet qaltilha ommha, izda issa kien tard wisq.  Welldet it-tarbija u semmietha Gulja b’tifkira ta’ missierha, minkejja li dan kien ghamlilha hajjitha infern, izda hija xorta wahda kienet u baqghet thobbu.  Bosta drabi kienet thalli lil bintha ghand ommha biex hi tmur tahdem halli tghajjex lit-tarbija b’mod li ma jkun jonqosha xejn.  Xi irgiel ta’ intenzjoni hazina semghu b’dak li grahla Katrina u riedu jipprofetaw ruhhom mit-tbatija taghha .

Bhal seqer li jinzel b’sabta kbira fuq il-priza tieghu, hekk ghamel Silvio ma’ Katrina. Hsieb Silvio kien li jerda’ demm iz-zaghzagh u jistana’ minn fuqhom.

Bil-manjieri gentili tieghu resaq lejha u bil-flus xtraha biex taqdih fis-servizzi ta’ qerda ghaz-zaghzagh. Hajjarha biex tiehu sehem mieghu fit-tixrid tad-drogi. F’kemm trodd salib, sabet ruhha fid-dinja taghhom, tohodhom u tmexxihom. Il-flus bdew jigu bil-hafna u minghajr tbatija ghalkemm b’riskju kbir ghal sahhitha u l-liberta’ taghha. Lil bintha bdiet taghtiha l-gemb u tohodha spiss ghand ommha biex taghti kaz taghha hi.  Gieli kienet tghaddi gimgha qabel ma terga taraha.

 

Is-snin ghaddew minn fuq kulhadd u Gulja tfarfret u saret tfajla gmiehla. Izda minhabba li kienet tkun spiss boghod minn ommha, dejjem kienet thossha wahedha minkejja li nannitha dejjem hadet hsiebha u li kienet tista kienet tnizzlilha l-genna fl-art.  Meta kienet tkun ghand ommha kienet tghidilha biex tbiddel hajjitha u hekk it-tnejn flimkien kienu jkunu ferhanin. Ommha ma kienet tghidilha xejn u tibqa’ siekta.  Fil-qiegh ta’ qalbha kienet taf li ghandha ragun, izda kif kienet ser taqta’ minn dan il-vizzju u minn dawk ta’ madwarha li kienu jhajruha ghalih?

Ma kienitx haga hafifa.

Lejla wahda f’jum ta’ xitwa meta ma kont tara lil hadd barra, minhabba x-xita qalila u l-kesha x-xoqq l-ghadam, xi hadd cempel lil pulizija li fit-triq kien hemm persuna mixhuta minn tulha. Dawn marru mill-ewwel fuq il-post u sab lil Katrina mitluqa ghall-mewt. Issejhet l-ambulanza u haduha l-isptar f’tebqa t’ghajn.  It-tobba iccertifikaw li kienet fil-periklu tal-mewt izda bi ftit fortuna kellha tirbah il-mewt u tghix. L-ghada fil-ghodu qalbet ghal-ahjar u fi ftit taz-zmien harget mill-isptar. Il-magistrat li semghet il-kaz taghha widdbitha biex tbiddel hajjitha u taghzel bejn programm ta’ fejqan jew habs.

Guzeppina ghazlet ta’ l-ewwel u wara li lestiet il-kors, inghaqdet ma’ ommha u bintha Gulja.  Il-bidla taghha kienet wahda radikali.

Make a free website with Yola