jesusandmary

.

STORJA TA’ IMHABBA



Fabio habbat il-bieb ta’ l-ufficju parrokkjali. Minn gewwa il-kappillan instema jwiegeb: “Minn hemm jghaddi.”

“Kif inti Fabio?”, staqsa l-kappillan.

U minghajr ma wiegeb Fabio newwel lill- kappillan ittra.  “Din hi l-ittra tad-dimissjoni tieghi minn lettur.”

“Kif?,” staghgeb il-kappillan.  “Tant tanima l-quddiesa u trid tehles minnha?”, kompla jsus il-kappillan.

“Ma nistax nkompli.  Inhossni frustrat u mhawwad hemm fuq l-artal quddiem il-fidili. U aktar nhossni nisthi meta nitla’ naqra l-kelma t’Alla minn fuq l-ambone.”, stqarr Fabio.

Il-kappillan fehem kollox. “Fabio, dawn kollha messaggi minn naha t’Alla biex tahfer u tinsa’ u terga’ tinghaqad mill-gdid ma Laura.”

“Tqila wisq ghalija.  Ghamlitli insult li ma nistax ninsieh.”, qallu Fabio.

“Fabio ftit kliem u inti tifhimni.  Ahna xi ftit jew wisq ma nsultajniex lil Alla u frattant hafrilna u ma hadhiex kontra taghna.  Offendejnieh u Hu ha pacenzja bina.”

Dak il-hin Fabio difen wiccu f’idejh u serrah minkbejh fuq il-ponta ta’ irkubtejh.  Il-kappillan induna li kliemu qata’ fil-laham il-haj ta’ Fabio u waqt li waqaf biex jaghtih cans jixtarr hsibijietu f’qalbu ghamel talba lil Alla biex Fabio jimxi fuq sentimenti ta’ nisrani.

Imbaghad il-kappillan ried jiehu cans iehor.  Talab lil Fabio biex flimkien jghidu l-Missierna biex Alla jieqaf mieghu fil-problemi tieghu.  Meta waslu biex jghidu, ahfrilna dnubitiena bhalma ahna nahfru li min hu hati ghalina, l-kappillan waqqfu u staqsieh, “Fabio tista' inti tghid din it-talba b’qalb sinciera?.”

Fabio tbikkem u ma lissen ebda kelma.  Ma tahx twegiba, izda sieket qam u sellem lil kappillan filwaqt li rrikmandalu biex jitlob ghalih lil Alla biex jaghmel ghazla tajba.

Meta Fabio dahal id-dar inxtehet fuq is-sufan u quddiem ghajnejh ra xbiha ta’ Laura mpingija bil-lapes.  wiehed artist Taljan, meta hija ppuzatlu fil-pjazzja della Signorie f’Firenze waqt li t-tnejn kien f’qamar il-ghasel.  U tant kienet perfetta li wahhalha go inkwatru u kull darba li kien jghaddi minn quddiemha kien jammirha.  Imma, issa sar jobghodha u xtaq iqattahha, madanakollu fil-qieh ta’ qalbu kien ghadu jhobbha.  Wara kollox kienet parti minnu u kien ihobbha b’imhabba tal-genn.

Waqt li kien qed jikkumbatti fih innifsu biex jahfer, ghajnejh waqghu fuq envelops indirizzat lilu, li ommu kienet sabet wara l-bieb hekk kif dahlet gewwa biex tghaddilu x-xirja tal-frott . Poggitulu fuq plattin fuq it-tavolina li kien hemm quddiem is-sufan. X’hin qabdu biex jifthu ghajnejh mill-ewwel marru fuq ismu u l-indirizz. Il-kitba gharafha.  Kellu aptit iqattghu, anzi jaharqu biex ma jfakkru f’xejn.  Izda zamm idejh milli jaghmel hekk meta kliem il-kappillan rega’ beda jidwi f’widnejh. “Fabio ftit kliem u inti tifhimni.  Ahna xi ftit jew wisq ma insultajniex lil Alla u frattant hafrilna u ma hadhiex kontra taghna.  Offendejnieh u Hu ha pacenzja bina.”

Fetah l-envelops bil-biza’ u mhux bil-kurzita’, biex jara martu x’kitbitlu. Qara hekk:

“Ghaziz zewgi jekk thallini nsejjahlek hekk. Ahfirli nitolbok, imqar mill-boghod. Nisthi nersaq lejk. Nistqarr li ghamilt haga ta’ bluha u genn, izda kienet haga tal-mument li naf li lilek taghtek weggha u weggha kbira hafna. Nixtieq li nisma’ minn fommok li hfirtli qabel ma nitlaq ghal dejjem minn Malta billi ma nistax nghix aktar qrib tieghek go pajjizi u ma nistax noqghod hdejk. Inti tafu n-numru tieghi. Ibghatli messagg li hfirtli. Jumejn ohra u nitlaq.

Laura.”

“Le, le u le. Inti ma titlaqx.  Inti tieghi u jiena tieghek. Jiena nahfirlek,” ghajjat wahdu Fabio. “Mhux talli hfirtlek talli ser incempillek u mhux nibghatlek messagg.”

Dlonk qabad it-telfon u beda’ jdawwar in-numri. Meta wasal ghal ahhar wiehed waqaf. Tghid ahjar jibghatilha messagg flok ikellimha? Jew jieqaf u kollox jibqa’ kif kien? Fabio talab lil Madonna tirrikmandah lil Binha Gesu’ li hafer fuq is-salib biex kliemu jkun meqjus, bla tghajjir izda fuq kollox ta’ mahfra u mhabba.

Imbaghad dawwar l-ahhar numru. Donnha kienet qed tistenna t-telefonata tieghu ghaliex Laura wegbitu mill-ewwel. Ma taghtux cans jiftah halqu bdiet titolbu mahfra. 

“Iskot,” qalilha Fabio, “jiena hfirtlek u insejt u ssemmix dak li gara bejnitna izjed. Irrid niehdok x’imkien  tiekol, il-lum stess filghaxija. Fejn niltaqghu ? U ma nghidlikx issa ghaliex ghandi qadja, propjament tnejn wahda rrid naghti l-ahbar li ommi,  dik ser titla’ fis-seba’ sema u ohra ma nghidlikx issa, izda meta niltaqghu”

“Fejn trid.  Imma inti tassew hfirtli Fabio?,” saqsietu Laura li ma riditx temmen dak li kienet qed tisma’.  Laura kienet temmen li zewgha Fabio kien ragel tajjeb, imma kienet temmen ukoll li kulhadd tad-demm u l-laham.

“Laura, iva hfirtlek.  Smajtni sew, hfirtlek. Mela niltaqqqqqqqqqghu....le..anzi ghidli fejn qieghdha u nghaddi ghalik bil-karozza fis-7.00 pm Nitfghu fiha hwejgek kollha u niehdok fir-restaurant li fih morna meta iltaqjna l-ewwel darba. Wara nibqghu gejjin id-dar...darna fhimtni tajjeb darna. Inti tieghi u jiena tieghek”

“Fhimtek u grazzi. Ma ghandix kliem biex nizzikhajr.”

“Mela nghaddi ghalik fis-7.00 ta’ filghaxija.”

Pogga t-telfon f’postu u hass ferh kbir li ma setghax ifissru. Nehha toqla kbira minn fuq l-istonku tieghu. L-ewwel ma qal kien lil ommu li ferhet ghal din il-bxara ta’ paci bejn zewg mizzewgin li kienu mifruda u issa nghaqdu mill-gdid.

Imbaghad hareg ‘l barra, mar ghand  tad-deheb u xtara gizirana tal-perla li kien jaf fiz-zgur li Laura kienet tiggennen ghalihom. Nefaq kemxa gmielha, imma martu jisthoqqilha aktar minn hekk. Qabel rega’ dahal id-dar mar ihabbat il-bieb tal-kappillan biex jaghtih l-ahbar. “Mela allura nista’ inqatta l-ittra tar-rizenja tieghek, hux hekk.?”

“Iva,” wiegbu Fabio. Il-kappillan bierku u meta telaq nizel gharkubtejh quddiem il-kurcifiss u rringrazzja lil Mulej.

Il-programm ta’ Fabio mexa’ pass pass kif ippjanah. L-aktar mument kommoventi kient meta qam bilwieqfa, mar warajha u libbsilha l-giziranza tal-perla. Dak il-hin Laura infaqghet tikbi ghax rat li ma kienx jisthoqqilha dak it-trattament hekk gentili.  Kbiet fuq kollox ghax fehmet li zewgha kien hafrilha tassew. 

Meta sar il-hin marru lura go darhom u biex dahlet refaghha fuq idejh kif darba kien ghamel meta dahlu l-ewwel darba wara t-tieg.



Make a free website with Yola