L-ALFABET TAL-GRATITUDNI.
Melinda kellha geddum daqsxiex. Ma riedet tkellem lil hadd u ma tara lil hadd. It-tfajla ta' tlettax-il sena baqghet id-dar u ma hargitx bhas soltu ma' hbiebha fi tmiem il-gimgha. Ommha Beatrice ma kienitx taf x'ser taqbad taghmel meta ratha daqshekk mifxulha. U wara l-quddies tal-Hadd, Melinda dahlet id-dar bla ma qalet biss kelma, telghet fuq u nghalqet fil-kamra taghha.
Meta missierha dahal id-dar wara laqgha li kellu bhala lajk fil-kunsill presbiterjali tal-parrocca tieghu, habbat wiccu ma' Beatrice iffrustrata. Waqt li kien sejjer lura mill-laqgha, ghadda minn quddiem wiehed tal-fjuri, u xtara nofs tuzzana ward ahmar kulur id-demm bit-tama li jaghtihom lil martu. Tal-hanut gezwirhomlu f'karta trasparenti bil-fjuri ta' kull lewn u razza u Christopher hadhom bit-tama li jaghtihom lil martu Beartice bhala radd il-hajr ta' kemm taghmel mieghu u ma' Melinda. Ha nifs 'l gewwa meta pprezentahomlha ghax mhux tbissmet, imma wriet espressjoni ta' rilassament. "Ma nafx x'ser naqbad naghmel b'Melinda."
Christopher fehem kollox ghax hu wkoll kien fl-istess ilma bl-imgieba stramba ta' bintu.
"Qabel taqleb, halli mmur inkellimha," wegibha Christopher. Beatrice kienet diga poggiet il-fjuri go vazett u qeghdithom f'nofs il-mejda ta' l-ikel biex izzejjen il-mejda bihom. Christopher ha wahda minnhom u tela' fuq. Habbat fuq il-bieb tal-kamra ta' Melinda u sema' lehen jghidlu biex jghaddi.
Hekk kif dahal b'idu izomm il-warda hamra wara dahru, baqa' wieqaf quddiemha. Hi kienet minduda fuq is-sodda bil-hwejjeg li bihom kienet harget filghodu ghall-quddies. Wieqaf dritt dritt qisu xema fuq kandlier ta' l-artal maggur, hareg idu minn wara dahru u offra l-fjura lil bintu.
"Ghalija missier?" staqsietu bintu u minghajr ma tatu cans jirrispondiha, haditha minn idu, irringrazzjatu u poggietha quddiem imnifsejha biex ixxomm dik ir-rih tfuh li jafu joffru l-ward frisk.
Missierha pogga fuq xifer is-sodda u Melinda qamet u serrhet daharha mat-testiera taghha. "Xi gralek? X'qed jinkwetak Melinda?"
Filwaqt li Melinda dawret u dawret il-warda bosta drabi, poggiet lista quddiem missierha tad-dwejjaq kollha kienu jigru warajha. Bdiet bl-ahjar habiba taghha Chrissy li ghaddiet xi kummenti fuqha li minhaba fihom shaba dahqu biha, imbaghad kien hemm ommha li fuqha qalet li ftit issib hin biex titkellem maghha. U l-lista kienet twila mhux hazin ghax kien jidher car li l-habel kien f'idejha.
Imma l-missier baqa' sieket u qaghad jisma' biss. Christopher kien jaf tajjeb li f'dawk il-mumenti kien tajjeb hafna li jhalli lil bintu titkellem hi. Ried li jbattal mohhu minn kull hsieb u jimla widnejh u qalbu bid-dwejjaq ta' bintu. Hekk ghamel. U Melinda hassitha ahjar wara ghoxrin minuta tghid dak kollu li kien fuq l-istonku taghha. Issa kien imiss li missierha jitkellem.
"Sbejha tieghi," qalilha," Inti tifla sensibbli li b'dak li ghiditli bir-ragun li thossok mifnija. Imma meta n-negativ tal-hajja jeghlibna, ninsew l-hwejjeg tajba li jigrulna. Qatt smajt bl-alfabet tal-gratitudni?"
Melinda xejret rasha 'l hawn u 'l hinn biex bhallikieku tghidlu li anqas biss kienet taf x'inhu.
"L-Alfabet tal-Gratitudni jahdem hekk. Ghal kull ittra ta' l-alfabet nippruvaw insibu xi haga tajba li qed tigrilna u li tikkorrispondi maghha. Xi whud mill-ittri jidhru ta' sfida u allura jaghmlu aktar interessanti din l-loghba. Ejjew nippruvaw."
"A - kemm il-marka fi grad A gibt fl-ezami fl-iskola? Nghidlek jiena. Ftit li xejn kienu s-suggetti li fihom gibt il-marka B ghaliex fil-maggurana tas-suggetti inti gibt il-marka A."
"Nigu ghal ittra B. Beatrice ghal ommok. Forsi mhux omm tajba? Ghandek xi dubju fuq dan? Tiehu hsiebek, thejjilek l-ikel, tahsillek hwejgek u tara li kull ma titlobha tatihulek. Mhux hekk?"
Melinda baxxiet rasha biex turih li taqbel mieghu. " Xi kultant tirrabjani, imma fuq kollox hija vera omm tajba."
"C ghac-Chess. Hares lejn l-ixkaffa tar-rokna. Hemm it-taza tal-fidda li tfakkrek li inti r-rebbieha tal-kampjonat tac-Chess ta' l-iskola kollha. Mhux ta' sodisfazzjon dan ghalik?" Melinda ghal darb'ohra qablet ma' missierha."Dak il-jum tal-premjazzjoni ma ninsieh qatt. Kemm haduli ritratti biex imbaghad narahom imcappsin fuq l-ewwel pagni tal-gazzetti u magazines."
"Inkomplu. D ghal Desserta. Isma 'l hawn Melinda. Ommok hija tassew koka tas-sengha. Imbaghad meta nigu ghad-desserta...Wow. Kemm-il darba tlabniha bicca ohra..."
"Iva, missier, id-desserti taghha huma l-aqwa."
U komplew jilghabu ghal xi ftit, jikkummentaw u jidhqu. Meta Beatrice semghithom jidhqu fehmet li kollox irranga ruhu. "Intom nezlin ghal ikel?"
"Daqt," wiegeb il-missier.
Kienu waslu l-ittra Q meta Melinda poggiet idha f'id missierha. "Okay missier kont tassew belha. Hlejt tlett ijiem minn hajti bil-geddum. Jiddispjacini li kont ta' dulur ghalikom it-tnejn. Inwieghdek li ghalli gej nipprova niftakar il-hwejjeg tajba u posittivi ta' hajti. U meta tahseb ftit tinduna kemm il-hwejjeg tajba jghaddu bil-kbir dawk negattivi."
Wicc Melinda issa kien ha arja ohra. Ghannqet lil missierha u qaltlu "D kellha tkun ghal Daddy. Ghandi l-aqwa Daddy."
Nizlu isfel dahlu fil-kcina u Melinda marret u ghannqet lil ommha. Ommha irreciprokat u hasset demgha tahraq niezla minn haddejh bintha ghal fuq ghonqa. Harset lejn zewgha bhallikieku kienet qed tara miraklu.
Certament nofs is-soluzzjoni kien il-hin li missierha qatta maghha. In-nofs l-iehor kien l-alfabet tal-gratitudni ghaliex kien mezz kif Melinda tirbah lilha nfissha fil-problemi taghha.
Li ssib hin biex tisma' huwa duwa li tfejjaq lil min hu nkwetat.