jesusandmary


L-ERWIEH TAL-PURGATORJU


Rajt qtajja kbira ta’ nies li ebda bniedem ma seta’ jghodd, quddiem it-tronn tal-Haruf, liebsa ilbies abjad u bil-palm f’idejhom.” (Apokalissi kap Vii vers9).

Jistriehu huma fis-sliem. Ma hemm ebda htiega li noffru din it-talba lill-qaddisin fis-sema, hlief biex nifirhulhom u nberkuhom ghall-hsieb li huma qed igawdu lil Alla ghal dejjem. Iz-zmien tat-tbatija taghhom huwa haga ta’ l-imghoddi, huma qed jistriehu fil-paci u jipposedu lil Alla b’mod perfett u b’hekk lahqu l-ghan li ghalih Alla halaqhom.

Haga bhal din ghandha tkun ta’ ferh ghalina li ghandna qed nghixu hawn fid-dinja. Dan in-numru kbir ta’ erwieh qeghdin quddiem it-tronn ta’ Alla u fid-dehra tal-Haruf. Qatt ma ser jiddejqu jew jghejjew jammiraw l-gustizzja ta’ Alla, l-Gherf Tieghu, il-Qawwa Tieghu u l-Maesta’ Tieghu. Huma jinsabu f’ghaqda ta’ imhabba kbira u gratitudni lejn is-Sultan taghhom, is-Salvatur taghhom, il-Mulej taghhom, l-Imhabba taghhom.

Li titfa' harstek, li tkun Quddiemu, hija l-genna fiha nnfisha. Mhux ta’ b’xejn huma qed jistriehu fil-paci. Kif dawn il-Qaddisin qed igawdu lil Alla? Qed igawdu lil Alla ghaliex haslu ruhhom fid-Demm tal-Haruf u din saret bajda bhas-silg, imnaddfa minn kull tebgha, u kapaci li tidher u tgawdi lil Alla.

Jistriehu huma fis-sliem. Pero’ it-talba jistriehu huma fis-sliem tghodd hafna ghal dawk l-erwieh li telqu qabilna u billi huma ma kienux denji li jgawdu lil Alla ghax kien ghad kellhom xi djun biex ipattu ghalih u ma skuntawhx hawn fid-dinja, allura issa qeghdin ipattu ghalih fil-purgatorju. L-erwieh tal-purgatorju ghad ma humiex qaddisin imma nistghu nqishom qaddisa ghaliex huma jinsabu fuq it-targa tal-genna.

Ghalhekk ahna fid-dmir li nitolbu ghalihom biex inqassrulhom iz-zmien ta’ stennija li fih jghaddu minn tbatija. Huwa privilegg li noffru s-servizz taghna lil dawn il-hbieb ta’ Alla ghax dawn fi ftit taz-zmien iehor sejrin jaraw u jgawdu Wicc Alla u zgur li jiftakru f’dawk li hennew ghalihom b’talb li offrew f’isimhom.

Dawn l-erwieh qed jokorbulna biex nghinuhom. Qed isofru wisq. Ebda kelma ma tista’ tiddeskrivi t-tbatija taghhom u d-dewmin biex imorru jaraw lil Alla qed jifnihon. Kull qalb li taf thenn u taghder ghandha taghmel xi haga ghalihom. Madanakollu kemm ftit nahsbu fuqhom u naghmlu ghalihom. Huma ma jistghux jghinu lilhom infushom ghax dahlu f’lejl li fih hadd ma jista’jahdem u minhabba f’hekk jiddependu hafna mill-generozita’ taghna.

Nghinhom bit-talb l-aktar bir-Ruzarju ghax dan ghandu qawwi kbira, sagrificcji u smigh tal-quddies li hu l-aqwa mod kif nistghu nghinuhom.

Make a free website with Yola