jesusandmary

 

SWOR LUCIJA TA’ FATIMA TIKTEB FUQ AMELIA U L-PURGATORJU

Lucija kellha ghaxar snin fi zmien id-dehriet tas-Sinjura gewwa Fatima.

F’wahda mid-dehriet Lucija staqsiet lis-Sinjura tas-Sema dwar id-destin ta’ zewg tfajliet hbieb taghha li kienu mietu ftit qabel. “Marija das Neves qieghda fis-sema?,” staqsiet Lucija. U s-Sinjura wiegbet: “Iva, hemm qieghda.”

“U Amelia?”

Din id-darba s-Sinjura wiegbet: “ Hija tinsab fil-purgatorju u hemm ser tibqa’ sa tmiem id-dinja.”

Amelia: sa tmiem id-dinja? Certament twegiba li tghaggeb u thawwadna.  Xi kummentaturi ippruvaw inaqsu t-ton ta’ din il-kommunikazzjoni, imma mhux Lucija. Fl-ahhar ktieb taghha li hi kitbet ftit qabel mewtha, Swor Lucija taqsam hsibijietha dwar din ir-rimarka xokkanti tal-Madonna dwar iz-zmiem li kellha tghaddi Amelia fil-Purgatorju. Lucija li aktar tard f’hajjitha dahlet tifforma parti mill-kommunita’ Karmelitana rriflettiet hekk:

“ Hafna staqsewni dwar din it-twegiba u nistqarr li ma nafx naghti risposta ghaliha.  Kont ghadni zghira wisq dak in-nhar biex nahseb aktar fil-profond fuq din id-diffikulta’ u allura ma tlabtx kjarifika lis-Sinjura. Imma tghidx kemm hsibt fuq dan id-dettal tal-messagg.”

“Wara kollox jiena nistaqsi lili niffsi x’inhuwa l-Purgatorju?  Il-kelma Purgatorju tfisser purifikazzjoni u lkoll kemm ahna ftit jew wisq, ikoll nehtiegu li nitnaddfu minn htijietna, mid-difetti taghna u l-imperfezzjonijiet li ahna mghobbija bihom sabiex inkunu nistghu nidhlu fir-renju etern tal-gloraj tal-genna.”

“Ahna nistghu nippurifikaw ruhna waqt din il-hajja, jekk Alla jtina z-zmien biex naghmlu dan, billi nitolbu lil Alla mahfra b’indiema sinciera u fehma shiha li nibdlu hajjitna, billi naghmlu penitenza u nersqu lejn is-sagrament tal-Qrar jew Rikonciljazzjoni.”

Tkompli Swor Lucija: “Dnubietna jehtiegu purifikazzjoni anke jekk qerrejnihom, u dawn huma mahfura... imma ahna ma nkunux pattejna bizzejjed ghalihom biex nghidu li issa ahna nodfa totalment. Jekk ma ilhaqniex tnaddafna hawn fid-dinja jehtieg li nitnaddfu fid-dinja l-ohra fil-post imsejjah Purgatorju sakemm jasal dak iz-zmien li Alla jammettina fil-gorja tieghu.”

“Din il-purifikazzjoni fil-Purgatorju ddum skond il-kobor ta’ l-imperfezzjonijiet taghna u n-numru ta’ htijietna li ghalihom ahna ma nkunux pattejna fid-dinja permezz tat-talb, opri tajba u sagrificcji.”

Make a free website with Yola