jesusandmary

AKTAR BIEX TNAQQAS IZ-ZMIEN LIL ERWIEH TAL-PURGATORJU

 

Hafna minna ma nistghux naharbu ghal kollox il-Purgatorju u t-tbatija tieghu billi ahna mimlija mperfezzjonijiet li jaghmluha mpossibli li nidhlu dritt fit-tgawdija eterna, imma, ilkoll nixtiequ li zmienna hemm ikun qasir kemm jista’ jkun. Hemm  hafna mezzi ohra biex naslu ghal dan barra l-Quddies u t-Tqarbin. Dawn il-mezzi mhux biss jghoddu ghalina, izda wkoll ghal dawk l-erwieh li fil-prezent qeghdin ibatu f’dan il-lok.

Mezz sigur li nnaqqsu z-zmien taghna u dak ta’ hutna li dahlu qabilna fir-raqda tas-sliem huwa d-devozzjoni lejn Marija Ssma. Hija Omm il-Hniena u l-Kompassjoni u ghandha kompassjoni kbira lejn l-erwieh li qed ibatu.  U hija l-aktar bniedma ta’ qalb tajba u li taf thenn li halaq Alla, tigri biex tnaqqas iz-zmien tat-tbatija lil dawk li f’hajjithom kienu devoti kbar taghha. Kull talba li nlissnu, kull invokazzjoni li nirrepetu ad unur taghha, kull tnehida ndirizata lejha, takkwistalna l-ghajnuna li jkollna bzonn ghalina u ghal erwieh hutna.

Tista’ taghmel xi haga ad unur taghha? Tirrecita bid-devozzjoni ir-Ruzarju, tiftakar fiha permezz ta’ xi gjakolatorja matul il-jum, issellmilha bl-Angelus  etc

Ahna jistghu wkoll inhallsu id-dejn taghna ma’ Alla u anke ta’ l-ohrajn bl-indulgenzi.

Ghal certu talb u ghemejjel tajba ohra l-knisja tghaqqad ir-remissjoni ta’ certu ammont ta’ tbatija kemm meta ahna hawn fid-dinja kif ukoll applikabbli ghal erwieh tal-purgatorju. Naraw is-siwi ta’ dan meta nidhru quddiem Alla ghall-gudizzju.

Uza z-zmien ta’ issa biex tahseb ghar-rasek u fl-istess hin ftakar f’hutek l-ohra.  Issa huwa tieghek, mument iehor ma tafx hux tieghek jew le.

 

 

Make a free website with Yola