jesusandmary

AKTAR MEZZI BIEX NEVITAW IL-PURGATORJU:


Ahrab kemm tista’ id-dnub venjal ghax dan idghajjef lir-ruh.

Aghmel kemm tista’ penitenza.

Accetta t-tbatija minghajr tgergir. Ersaq spiss lejn is-Sagrament tal-Qrar. Dan is-sagrament mhux biss jahfrilna id-dnubiet mejta, izda   jnaddaf lir-ruhna minn nuqqasijiet venjali. Ghalhekk jekk tahseb li ma ghandikx dnubiet gravi xorta ersaq lejn dan is-sagrament u stqarr il-htijiet zghar jew venjali. Dan is-sagrament huwa remedju li bih ahna nirbhu l-bruda tal-hajja taghna spiritwali.

Hekk jikteb Santu Wistin: “Jezistu zewg realtajiet, il-bniedem u  l-midneb. Il-bniedem huwa holqien ta’ Alla; il-midneb huwa dak li l-bniedem ghamel lilu nnifsu. Ghalhekk il-Qrar jeqred dak li l-bniedem biddel fih nnifsu sabiex Alla jsalva dak li halaq Hu......il-bidu ta’ hwejjeg tajba hu l-istqarrija ta’ hwejjeg hziena.”

Il-Qrar japplikalna il-merti nfiniti tad-Demm Prezzjuz ta’ Kristu, u jnaddafna minn dnubietna, jurina l-malizzja  taghna u jimla’ lil qlubna b’abborriment ghad-dnub u fuq kollox jaghtina is-sahha biex nelghubh.

It-Tqarbin hu mezz iehor kif fina ssehh il-konverzjoni u nikbru fil-qdusija. Gesu’ zar lil Zakkew gewwa daru u dik iz-zjara biddlet lil Zakkew minn fuq sa isfel.

U meta jigi Gesu’ fil-qalb taghna permezz tat-tqarbin Hu jibdilna minhabba l-hafna grazzji li jaghtina. U aktar ma nkunu mhejjija aktar nitqaddsu. Gesu' zar lil Zakkew darba, izda Hu jzurna kuljum jekk inhalluh. Hafna huma dawk li jitqarbnu kuljum izda ma jhallux lil Gesu’ jahdem kif irid Hu fir-ruh taghhom. Il-kawza principali tkun in-nuqqas ta’ preparazzjoni ghall-migja ta’ Gesu’ jew Fidi bierda. Imbaghad wara li nitqarbnu r-ringrazzjamenti taghna jkunu limitati jew bla hegga.

Dawn huma l-elementi li tkellem Kristu fuqhom ma’ Santa Margerita Marija Alacoque.

Itlob dejjem li Alla jaghtik il-grazzja jehilsek mill-Purgatorju jew ghal anqas zmienek ikun limitat. Alla zgur li jisma’ it-talba maghmulha bil-fidi u perseveranza. Kif jista’ Alla li jisma’ talb bhal dan maghmul kuljum u hafna drabi matul il-jum ghas-snin kollha ta’ hajjitna jonqos milli jisma’ talbna? Aktar ma nahsbu fuq il-Purgatorju aktar it-talb taghna isir b’mod ferventi.

O Marija li dhalt fid-dinja minghajr tebgha itlob ghalin ahna li nirrikorru lejk.

O Sinjura tal-Hniena itlob ghal erwieh tal-Purgatorju.


Make a free website with Yola