IL-MEWT U T-TAXXI
Il-mewt u t-taxxi huma zewg hwejjeg li l-bniedem jibza’ u jobghodhom. Nibzghu naghtu hajjitna u nobghodu nhallsu parti minn dak li qlajna bil-gharaq ta’ gbina bhala taxxi. Jekk dan il-hsieb nghadduh mid-dinja materjali ghal dik spiritwali allura naraw kemm din hija verita’ sagrosanta.
L-Iskrittura tghidilna li l-hlas tad-dnub huwa l-mewt. U dan hu pass li hadd ma jista’ jevita. Il-biza’ tal-mewt qieghed hawn, li ahna nitilfu l-hajja eterna. Veru li l-mewt tbezza’ imma ahna nibzghu mill-mewt meta nharsu lejha mill-lenti l-hazina.
Il-mewt ghandha tkun ghan-nisrani t-twelid ghall-hajja ohra ta’ ghaqda ma’ Alla. Biex nevitaw il-mewta sopranaturali irridu mmutu ghad-dnub ghax hadd ma jista’ jidhol fil-premju etern b’xi tbajja tad-dnub.
It-tlett ghedewwa taghna, id-dinja, il-gisem taghna u x-xitan dejjem iduru madwarna biex jirbhuna, izda jirbhuna jekk inhalluhom u naghmlulhom il-wisa’.
It-Taxxi jingabru biex bihom isiru servizzi gratis essenzjali lill-popli. Fost dawn insibu s-sahha, sigurta’ mill-kriminali, edukazzjoni assistenza lix-xjuh u lill-fqar, tiswijiet ta’ toroq u elf haga ohra.
Is-Sema wkoll ghandha s-sistema tat-taxxi taghha. Essenzjalment tikkonsisti fi smigh tal-Quddies, talb, penitenzi u ghexien ta’ hajja virtuza. Bhala hlas ghal dawn it-taxxi nircievu grazzji u ghajnuniet hawn fid-dinja u l-hlas ta’ hajja eterna u glorja fis-Sema.
Dawn it-taxxi tas-sema huma hlas ghal zewg hwejjeg: ihallsu ghall-passat u jhallsu ghall-futur. Ihallsu ghall-passat ghaliex ipattu ghad-dnubiet u nuqqasijiet li nkunu ghamilna fis-snin l-imghoddija.
Jekk ma nhallusx b’din il-kwalita’ ta’ taxxi sa meta jasal iz-zmien li mmutu, sakemm ahna mmutu fi stat ta’ grazzja, allura, irridu nohorgu l-gharaq billi nbatu ghal xi zmien fil-Purgatorju. Imbaghad ikollna nghidu dawk il-kliem ta’ l-Iskrittura : “Ikollok hniena minni Sinjur, stabar ftit bija u nhallsek kollox.” (Mattew kap 18 vers 29) u hemm fil-Purgatorju nhallsu t-taxxi kollha, li ahna ppruvajna naharbu li nhallsu waqt hajjitna u nhallsuhom sa l-inqas habba.
Jekk jirnexxilna nhallsu ammont ragonevoli waqt li ahna fid-dinja, niffrankaw hlasijiet gholja fil-Purgatorju. IL-premju tal-Genna ma takkwistahx bix-xejn, trid tahdem ghalih. Dak li nizirghu, nahsdu. Alla ma jippermettix li ahna nahbu t-talenti li hu tana. Bihom irridu nahdmu t-triq taghna ghall Genna, bil-ghazla wkoll li jekk ma nevitawx totalment il-Purgatorju, ghall anqas innaqqsu z-zmien taghna fih.
It-taxxi jhallsu wkoll ghal li gej, fis-sens li huma l-prezz li rridu nhallsu ghal ghamajjar taghna tas-sema li Gesu’ ippreparalna ghax hadd ma jakkwista premju jekk ma jahdimx jew ibati ghalih.
Iva zewg affarijiet huma certi: il-mewt u t-taxxi. Ghax huwa Gust Alla lest li jghinna li nehilsu l–mewt eterna jekk ahna lesti li inhallsu t-taxxi tas-sema.
Lest li naghmlu dan hawn fuq l-art? Jaqbel lilna.