jesusandmary

IL-PASSAPORT NISRANI

 Ikollna nistqarru li l-ezercizzju hu iebes, imma ta’ beneficcju. Atleta jbati biex jaghmel l-ezercizzju fid-dixxiplina tieghu, imma fl-ahhar isib li kien ta’ beneficcju ghaliex jirbah premju. Il-pentienza, is-sawn it-talb kollha huma iebsa , imma fl-ahhar mill- ahhar insibu li huma ta’ beneficcju ghaliex nindunaw li huma kienu l-mezzi effikaci biex nehilsu mill-infern u nnaqqsu zmienna u zmien l-gheziez taghna fil-purgatorju.

Ftit tassew huma t-titjiriet diretti lejn is-sema; hafna jridu jimxu. Jekk ma jirnexxilniex niehdu titjira diretta lejn is-sema, ikollna nimxu mill-Purgatorju. It-triq normali lejn is-sema hija wahda twila u minn triq dejqa. Il-passaport li jkollna nuru fil-bibien tas-sema huma dawk stampati bis-salib ta’ Kristu u b’visa li juru li ahna imxejna f’dan il-wied ta’ dmugh bir-rassenjazzjoni tas-salib, u l-ikel taghna kien Gisem Kristu u x-xorb taghna kien Demmu fit-Tqarbin. Irrid ikollna prova li fil-vjagg taghna lejn Missierna tas-Sema, ahna mitna ghad-dinja u ghexna ghal Alla. Din it-triq li taqbez il-Purgatorju ma hiex xi attrazzjoni turistika; ma hiex popolari mat-turist nisrani .

Hafna jippreferu t-toroq komda, dritti u bla hotob. Jekk ma intix lest li tbati f’din id-dinja kun lest li tbati fl-ohra. L-ezami biex tidhol il-genna jibqa’ dejjem l-istess. Alla qatt ma jimbidel. Il-Verita’ hija dejjem l-istess. Il-marki biex tghaddi jew tehel jibqghu l-istess. L-istat tal-grazzja (hieles minn kull dnub mejjet) huwa mehtieg. Jekk l-istat tal-grazzja tieghek meta tidher quddiem Alla huwa mcajpar bid-difetti (dnubiet venjali u htijiet li ghadek ma pattejtx ghalihom) lesti ruhek li tghaddi mill-purgatorju. Is-Sema ma tbaxxix l-livell taghha.

Qaddisin biss jistghu jidhlu hemm. Jista’ jkun hemm diversi klassi ta’ qaddisin: maghrufa u mhux, kbar jew zghar, zaghzagh jew xjuh, dawk li dahlu mill-ewwel u dawk li qaghdu jistennew, dawk li dimbu hafna u dawk li dimbu ftit, dawk li nidmu mid-dnubiethom mejta u venjali, dawk li dahlu dritt il-genna u dawk li ghaddew mill-purgatorju – dawn ghadhom haga wahda biss komuni, li huma qaddisin. Ahna qeghdin fid-dinja biex insiru qaddisin. U l-kumdita’ ma taghmilx qaddisin. Huwa biss is-salib u t-tbatija li jaghmluna qaddisin u jhaffulna triqtna ghall-genna u jnaqqsulna zmienna fil-purgatorju jekk ahna nghaddu minnu.

Make a free website with Yola