U ghal din il-bluha, ahna li nemmnu, irridu nghidu: “Il-Purgatorju jezisti". Huwa domma tal-fidi li wiehed irid jemmen jekk ma jridx ikun hati ta’ dnub mejjet. Kien fil-Koncilju ta’ Firenze tas-sena 1439 li l-knisja ddikjarat li dawk l-erwieh gusti li telqu qabilna u ghad fadallhom xi dejn li ghalih ghandhom ipattu qabel jircievu l-premju etern, dawn l-erwieh ikunu mnaddfa wara mewthom b’kastigi fil-purgatorju.” Il-Koncilju ta’ Trentu aktar tard jghid: “ Jekk xi hadd jghid, li wara li jircievi l-grazzja tal-gustifikazzjoni ghall-htija li taghha ikun nidem u li id-djun tal-kastig etern huwa mhassar b’tali mod li ma ghandu ebda kastig iehor temporali xi jhallas f’din il-hajja jew fil-Purgatorju, qabel ma jkun jista’ jidhol fis-saltna tas-Sema, halli dan ikun anatema.” Sfortunatament il-Purgatorju ma hux vojt, in fatti l-opinjoni kommuni fost it-teologi hija li bosta minn dawk l-erwieh li jispiccaw jidhlu fil-premju etern, ikollhom jghaddu mit-tbatijiet tal-Purgatorju, ghax kif tghid car l-Iskrittura xejn u hadd ma jidhol imnigges quddiem il-Mulej. (Apokalissi kap 21 ver 27)Make a free website with Yola