jesusandmary

IL-VALUR TA’ QUDDIESA U TQARBINA GHAL ERWIEH TAL-PURGATORJU

 

L-aqwa offerta li nistghu noffru lill-Mulej ghal-erwieh tal-Purgatorju hija l-Quddiesa ghaliex huwa Kristu li joffri lilu nnifsu ghall-mahfra tad-dnubiet. Barra li hija duttrina tal-Knisja li dan hu l-ahjar u l-aqwa mod, hemm fatti li sehhew li ma jhallu ebda dubju dwar dan.

L-istoriku Ferdinandu ta’ Castille jirrakonta li bejn is-snin 1324 – 1327 kien hemm gewwa Kolonja fil-Germanja zewg dumnikani li billi kellhom l-istess ghanijiet li jistudjaw u li jsiru qaddisin, saru hbieb sew.

Meta temmew il-kors ta’ l-istudji taghhom qabel ma nfirdu huma weghdu lil xulxin li min imut l-ewwel fosthom kellu jkun assistit mill-iehor ghal sena shih bic-celebrazzjonijiet ta’ zewg quddisiet kull gimgha. Dawn kellhom isiru fil-jum tat-Tnejn kif kienet l-uzanza billi t-Tnejn kien dedikat ghal Erwieh tal-Purgatorju u l-Gimgha billi dak inhar kien il-jum dedikat lit-tbatija ta’ Gesu’.

L-ewwel sacerdot li ismu mhux imsemmi miet u Fr Suso iddispjacih ferm ghal din l-ahbar. Iz-zmien nessa’ l-patt li kienu ghamlu lil xulxin. Pero’ Fr. Suso talab fuq li talab ghal siehbu.

Jum wiehed waqt li Fr Suso kien qed jimmedita fil-kappella ra quddiemu lir-ruh ta’ habibu li canfru ghax ma zammx kelmtu. Huwa skuza ruhu ghal dan in-nuqqas billi wiegbu li kien nesa’ dak il-patt imma stqarrlu li kien ghamel hafna talb u penitenzi ghas-sufragju ta’ ruhu.

“Possibli li dak it-talb kollu u l-penitenzi ma swew ghal xejn?” staqsa Fr. Suso.

“Le, le, “wiegbu l-iehor, “ imma dawn ma humiex bizzejjed.  Huwa d-Demm ta’ Kristu li hu mehtieg biex jitfi l-fjammi li bihom jiena mdawwar.  Huwa s-sagrificcju tal-Quddiesa li jista’ jehlisni minn din it-tbatija tal-biza. Nitolbok zomm kelmtek u tirrifjutanix minn dak li weghedtni.”

Fr Suso mhux biss iccelebra l-quddies li wieghed li habibu, izda talab sacerdoti ohra biex joffru l-quddies taghhom ghas-sufragju ta’ habibu u hekk igib iz-zmien li tilef b’aljenazzjoni.

Wara xi zmien il-habib sacerdot ta’ Fr Suso dehrlu mill-gdid, imma issa fil-glorja u fil-ferh u qallu li kien bis-sahha tas-sagrificcju tal-Quddies, l-offerta tal-Gisem u d-Demm ta’ Kristu, li hu issa dahal fil-glorja eterna tal-genna, igawdi d-dehra tal-Haruf Divin. “Issa qed ingawdi lil Dak li jiena kont nadura taht il-Velu Ewkaristiku.”

Meta siehbu gheb, Fr Suso nizel minn tulu fl-art jirringrazzja lil Alla ghall-hniena nfinita tieghu.  Issa kien fehem tassew il-valur infinit tal-Quddiesa.

KIF TISTA’ INTI THALLI L-ERWIEH TAL-PURGATORJU JOKORBU GHALL-HNIENA TIEGHEK, META INTI TISTA’ TISSOLEVHOM BIS-SMIGH TAL-QUDDIES U TQARBIN?

 

Make a free website with Yola